GasanMamo Insurance tappoġġja l-Mellieħa Road Race

Thursday, May 30, 2013, 9:25

GasanMamo Insurance isponsorjat il-Mellieha Road Race organiżżata mill-Mellieħa Athletic Club nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2013. Fost it-tlielaq kien hemm dik tal-10km u taż-2km, mixja ta’ 10km u Fun Run ta’ 1km.

“Aħna nikkonsidraw l-isport element importanti ħafna fil-ħajja ta’ kuljum,” qal Julian J Mamo, Direttur Maniġerjali ta’ GasanMamo. “Permezz tal-kontribut tagħna aħna qed ngħinu individwi jilħqu l-għanijiet sportivi personali tagħhom f’atmosfera pożittiva u pjaċevoli.” Tony Vella, Direttur tal-Mellieħa Road Race u Segretarju tal-Mellieha Athletic Club irringrazzja lil GasanMamo għall-appoġġ tagħhom. “L-avvenimenti organiżżati fil-Mellieħa nhar il-Ħadd kienu suċċess kemm għall–isport kif ukoll għall-klabb. Mingħajr sponsors bħal GasanMamo aħna ma nkunux f’pożizzjoni li norganizzaw avvenimenti bħal dawn.”





Leave a comment