Garantita medalja tal-fidda ghal Malta fid-doubles tar-Raffa

Friday, June 28, 2013, 10:02

BOCCI : Bit-tim Malti maghmul minn David Farrugia u Stefan Farrugia jghaddi ghas-semi finali kontra San Marino b’wirja mill-aqwa u rebha storika ta’ 12 – 7 poggiet lit-tim Malti fil-finali tat-timijiet kontra l-Italja li minn naha taghha ghelbet lil Franza 12 – 6 .

Kontra l-koppja Enrico d’Allmeo u Matteo Albani, Malta fethet vantagg ta’ 5 – 1 sa tmiem ir-raba’ sessjoni izda minn hemm waslet ir-reazzjoni minn San Marino li sat-tmien sessjoni ghamlu l-iskor 6 – 7 . Reazzjoni immedjata minn Malta li regghu fethu vantagg ta’ 6 – 10 li kompla jikber ghal 7 – 10 sa kemm eventwalment David u stefan Farrugia hargu rebbieha 12 – 7 u post garantit fil-finali kontra l-Italja li fl-ahhar loghoba ta’ kwalifikazzjoni kienu ghelbu lit-tim Malti 12- 1 .





Leave a comment