Galea u Scicluna jiddominaw il-ġurnata tal-ASM

Wednesday, January 11, 2012, 15:35

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2012 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi organizzat is-seba (7) programm mill-ASM Pasta Poiatti 2011/12, il-programm kellu jikkonsisti f’Karozzi u Muturi imma minħabba il-maltemp li ġħamel il-Gimġħa filġħaxija l-ASM kellha tis-sospendi parti mill-program tal-Muturi, il-programm tal-Muturi issa jkompli l-attivta li jmiss

Intant ħarsa ħafifa lejn il-ġurnata li kienet bil-Karozzi Autocross rajna li tul il-gurnata gew organizzati 14 il-tigrija akkumpanjati bil-finali A u B jispikkaw numru ta rebbħiet fost ta’ Patrick Cassar fuq Opel Corsa u Christian Galea fuq Fiat Ritmo li rebħu it-tlet ħeats b’awtomatiku jiqwalifikaw ġħal finali tal-ġurnata.

Fil-Finali Klassi A rajna bidu tajjeb min Christian Galea fuq Fiat Ritmo, Patrick Cassar fuq Opel Corsa, Godwin Martin fuq Ford Ka u Melo Zammit fuq Escort MK3 fejn sa l-ewwel kantuniera Galea irrnexilu jieħu l-ewwel pozizjoni segwiet min Zammit u Cassar rispettivament, il-finali tkompli b’ zewg sewwieqa li gejjin  miz-Zanu Racing Team b’Galea fil-quċċata segwiet  Zammit, ġħal Galea kienet daqxejn iktar faccli mis-soltu mhux daqshekk kienet ghal Zammit minħabba Cassar prova kemm il-darba jamel pressjoni fuq Zammit imma kien kollu ġħalxejn b’Zammit jibqa sod fil-pozizjoni tieġħu, minkejja li tiġrija ma kellna l-ebda tibdiel mill-bidu sa l-aħħar spikka il-mod kif Cassar isuq biħ b’mod sportiv fejn jaf juri il-kapaċita tieġħu meta jasal biex jamel pressjoni fuq xi ħadd, tul it-tiġrija rajna azzjoni min Cassar fuq Zammit li settat poġġiet lil Cassar taħt il-lenti tar-Refferee tal-ġurnata, b’Cassar juri li hu sportiv u minkejja l-speed li tkun ghaddej it-tiġrija fejn f’din il-parti deher jamel kunttat zghir ma Zammit, b’Cassar jġħati cans lil Zammit izzom post, it-tigrija spiccat b’Zanu Racing Team jiddominaw din il-finali bis-sewwieqa Galea u Zammit segwieti min Cassar u Martin rispettivament.

Fil-Finali Klassi B rajna bidu hazin ghal Josef Abela fuq Opel Nova fejn fuq l-istart line Abela sforz it-tenzjoni li sewwieq ukoll swietlu il-finali tal-gurnata b’Abela jamel zewg false starts bl-istarter tal-gurnata jiskawlifika lil Abela, it-tigrija kompliet fejn wara it-tielet bidu rajna lil Mario Scicluna fuq Opel Corsa u Philip Joe Vella fuq Opel Nova jamlu harga tajba b’Scicluna jiehu it-tmun tal-finali segwiet min Vella u Malcom Borg fuq Opel Corsa, it-taqtija kompliet bejn Vella u Borg, fi ftit sekondi Borg irnexxilu jamel perssjoni tajba fuq Vella, tant li wara l-ewwel dawra Borg irnexxilu jissupera lil Vella, b’zewg azzjonijiet anti sportivi min naħa ta Vella fuq Borg wara din ic-caqlieq fil-pozizjoni, b’Borg jispiċċa meqlub bil-karozza b’azzjoni imedjata min naħa tar-refferee tal-ġurnata fejn skawlifika lil Vella mill-ikompli it-tigrija b’Vella jigi ukoll sospendut mill-attivita li jmiss skondi ir-regoli Autocross, bil-finali tkompli b’tlett sewwieqa min sitta fejn Scicluna jibqa izzom l-ewwel pozizjoni segwiet min James Buttigieg fuq Ford Fiesta MK2 u Philip Grima fuq Escort MK 3, fl-aħħar seba dawreit ma kellna l-ebda tibdiel bir-rizultat finali jispiċċa Scicluna rebbieħ segwiet min Buttigieg u Grima rispettivament.

Intant attivita oħra issir nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2012 li tkun bil-Karozzi u Muturi u tibda fil-11:00am, din il-Ġimġħa l-Assoċojazzjoni ser tkun tilqa Instructors mill-FMI – FIM  u wieħed mill-ufficjali tal-UEM fuq Kors Tekniku ghal-Muturi li ser issir fuq tlett tijiem bejn 13 u 15 ta’ Jannar 2012 iktar dettalji jinataw fil-Press Conference li ser issir nhar il-Ġimġħa 13 ta Jannar 2012 fit-15:00 fis-Showroom tal-KTM H’Attard.

 

 





Leave a comment