FYODOR ZAMMIT APPUNTAT GĦAL ŻEWĠ PARTITI INTERNAZZJONALI FIL-JIEM LI ĠEJJIN

Tuesday, March 20, 2018, 14:46

Il-Ħamis li ġej, it-22 ta’ Marzu, f’16:00 CET jikkontrolla l-logħba minn Grupp 1 valida għall-European Under-21 Championship 2019, bejn il-Greċja u San Marino li ser tintlagħab f’Xanthi Arena, Xanthi (il-Greċja).

It-team ta’ Fyodor Zammit appuntat mir-Refereeing Department tal-Malta FA jinkludi l-Assistenti Referees internazzjonali Luke Portelli u Michell Scerri, filwaqt li l-Elite Referee Matthew De Gabriele (fid-debutt tiegħu f’kompetizzjoni tal-UEFA) ikun ir-Raba’ Uffiċjal.

Ir-Referee Observer appuntat mill-UEFA biex jevalwa l-prestazzjoni tal-uffiċjali ser ikun David Malcolm mill-Irlanda ta’ Fuq; filwaqt li Claude Kremer mil-Lussemburgu jkun id-Delegat tal-UEFA.

It-Tnejn li ġej, is-26 ta’ Marzu, fis-19:00 jikkontrolla l-logħba ta’ ħbiberija Internazzjonali ‘A’ bejn l-Albanija u n-Norveġja li ser tintlagħab f’Elbasan Arena, Elbasan (Albanija).

Fyodor Zammit jerġa’ jkollu miegħu l-Assistenti Referees internazzjonali Luke Portelli u Michell Scerri; filwaqt li r-Raba’ Uffiċjal jkun magħżul mill-Assoċjazzjoni Albaniża tal-Football.





Leave a comment