- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Fyodor Zammit Appuntat Għal Partita Tal-UEFA Youth League Fil-Bulgarija

Posted By Sportinmalta On November 23, 2016 @ 8:09 pm In Featured,Football | No Comments

Gavin Muscat

Id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta FA iħabbar li r-referee internazzjonali Fyodor Zammit ġie appuntat mill-UEFA biex l-Erbgħa li ġej, it-23 ta’ Novembru 2016, fis-2pm (CET) jikkontrolla l-logħba tal-5 Round mill-Grupp A tal-UEFA Youth League bejn PFC Ludogorets 1945 Youth (Bulgarija) u FC Basel 1893 Youth (Svizzera) li ser tintlagħab f’Georgi Asparuhov Stadium, Sofia.

Fyodor Zammit ser ikollu miegħu l-Assistent Referees internazzjonali Mitchell Scerri u Luke Portelli, filwaqt li Stefan Apostolov  (Bulgarija) ikun ir-Raba’ Uffiċjal.

Fyodor Zammit


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/fyodor-zammit-appuntat-ghal-partita-tal-uefa-youth-league-fil-bulgarija/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.