Futsal:Telfa ta’ 6-3 kontra l-Albanija

Sunday, October 25, 2015, 21:39

Gavin Muscat

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal temm ir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-FIFA Futsal World Cup f’Kaunas, b’telfa ta’ 6-3 kontra l-Albanija. Din kienet telfa oħra wara t-telfa ta’ 8-2 kontra Franza u t-telfa minima ta’ 2-1 kontra l-Albanija.

Wara tmien minuti logħob Azem Brahimi poġġa lill-Albaniżi fil-vantaġġ u tliet minuti wara Rej Karaja rdoppja l-iskor.

Il-Maltin naqsu l-iskor 24 sekonda wara permezz ta’ Andy Mangion. Għaqldaqstant qabel tmiem l-ewwel taqsima, Roald Halimi reġa’ skurja għall-Albanija.

L-istess Halimi skurja r-raba’ gowl fit-22 minuta u Xavier Saliba reġa’ naqqas id-distakk żewġ minuti wara.

Kien hawn li l-Albaniżi tefgħu kollox fuq l-attakk u mpenjaw kontinwament lill-gowlkiper Malti Reuben Grech.

Eventwalment Begaj u Brahimi reġgħu kabbru d-distakk u Jovica Milijic skorja t-tielet gowl Malti.

Minn naħa l-oħra Franza rebħu Grupp Ċ wara li kisbu t-tielet rebħa, meta għelbu lil-Litwani 6-0.





Leave a comment