Futsal: San Marino jżommu lil Malta fi draw

Tuesday, December 20, 2016, 14:58

Gavin Muscat

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal ġie miżmum fi dro ta’ 2-2, fit-tieni logħba ta’ ħbiberija milgħuba fil-Paduljun Sportiv ta’ Kordin. Wara r-rebħa tajba ta’ 4-0 victory in the first match, San Marino taw risposta u dehru differeneti f’temp ta’ 24 siegħa.

Għal sittax-il minuta l-logħba kienet bilanċjata u l-Maltin tilfu ċans tajjeb li jiftħu l-iskor minn fuq it-tieni penalty spot permezz ta’ Dylan Musu li ra x-xutt tiegħu bblukkat mill-gowlkiper avversarju Michele Bollini.

Għaldaqstant l-Maltin kienu huma li fetħu l-iskor permezz ta’ Xavier Saliba li rċieva tajjeb mingħand Dylan Musu. San Marino wettqu reazzjoni u ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, ġabu d-dro permezz ta’ Fabio Gasperoni.

It-tieni taqsima kompliet toffri diversi okkażjonjiiet liż-żewġ timijiet, iżda l-Maltin reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ Xavier Saliba li kien qed jilgħab bħala flying keeper. Wara dan il-gowl, San Marino ma remmewx ix-xugaman u fl-aħħar ħinijiet Federico Macina ta ballun lil Fabio Belloni li ħasad għal kllox id-difiża Maltija u skurja l-gowl deċiżiv tat-2-2.

Għal San Marino dan kien riżultat pożittiv barra minn darhom, iżda baqgħu ma rebħux lit-tim nazzjonali Malti.

 

Tim Nazzjonali Malti tal-Futsal





Leave a comment