Futsal Malta Association – Play Offs Final 2nd Leg Hibernians F.C vs Balzan F.C. 2-2 (5-0) Agg. 7-2

Sunday, May 26, 2013, 8:56

Hibernians: Chris Cassar, Branko Nisevic,Cedric Sciberras, Darren Agius, Melvin Borg, Tarek IoNisevic,Cedric Sciberras, Darren Agius, Melvin Borg, brahim, Xavier Saliba, Giorgi Gerasimov (2), Blogovist Marev (1), Boicho Marev, Cain Agius.

 

Balzan: Matthew Xerxen, Carlo Scicluna, Nicola Delre, Gary Busuttil, Clint Cope, Florin Anton, Christian Micallef, Basil Emeka (1), Alexander Ribic (2), Peter Sammut, Reuben Grech, Glenn Bonello

Referee 1: Jude Amin Utulu

Referee 2: Pierre Bonnici

Referee 3: Adrian Caruana

Time Keeper: Robert Darmanin

 

Il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 2013, quddiem attendenza numeruża fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, f’Raħal Ġdid, intlagħbet it-tieni leg tal-finali tal-Play Offs tal-Kampjonat Premier tal-Futsal, bejn Hibernians u Balzan. F’ atmosfera festiva, preżenti kien hemm ukoll xi tfal mill-iskola tal-Futsal.

Kienu Hibernians li fetħu l-iskor permezz ta’ Blogovist Marev u aktar tard fl-ewwel taqsima Balzan, ġabu d-draw permezz ta’ Basil Emeka. Kienu Balzan imbagħad li marru momentarjament fil-vantaġġ b’gowl ta’ Alexander Ribic. Giorgi Gerasimov ta’ Hibernians għalaq l-iskor, b’riżultat finali ta’ 2-2. Balzan kellhom ukoll lejn l-aħħar tat-tieni taqsima jilgħabu ħames minuti b’żewġ plejers anqas, meta Glenn Bonnello u Clint Cope irċevew it-tieni karta safra tagħhom.

Għalhekk Hibernians rebħu l-ewwel kampjonat Premier organizzat mill-Futsal Malta Association (FMA) b’aggregate ta’ 7-2. Wara l-partita it-tim ta’ Hibernians ġew ippremjati bil-midalji u t-tazza li ġiet mgħottija lilhom mis-Sur Donald Spiteri, President tal-FMA.





Leave a comment