Futsal: Luxol waħedhom fil-quċċata u rebħa tajba għal Qormi

Monday, February 9, 2015, 15:19

Mill-kampjonat premier tal-futsal, Luxol baqgħu waħedhom fil-quċċata meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 7-2.

Għal Luxol kellna doppjetti ta’ Celino Alves, Florin Anton u Peter Pullicino, flimkien mal-gowl ta’ Wiliam Barbosa.

Għal Valletta skurjaw Fabio Bandeira u Cedric Sciberras.

Balzan kellhom isofru t-tielet telfa tal-istaġun, din id-darba kontra Qormi li ssudaw tajjeb l-iskwadra permezz ta’ akkwisti ġodda u tajbin.

Għal Qormi l-koppja Albaniża kienu fost il-markaturi b’żewġ gowls għal Endrit Kaca u wieħed għal Blendi Gockaj.

Għal Qormi skurjaw ukoll Basil Emeka Onuta u Marwan Telisi.

L-uniku gowl ta’ Balzan ġie skurjat minn Glenn Bonello.

Hamrun Spartans rebħu faċilment lil Zebbug Rangers bl-iskor ta’ 10-2.

Għal Hamrun kellna d-doppjetti ta’ Jovica Milijic, Mohammed Elamari u Rogerio dos Santos Filho, erba’ gowls ta’ Raphael Felipe Ortiz de Oliveira.

Għal Zebbug skurjaw l-aħjar żewġ plejers fit-tim li kienu Jamie Portelli u Ricky Zammit.

Swieqi United komplew għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1.

Għal Swieqi kellna doppjetta ta’ Frederik Johannson, filwaqt li Frankie Xerri skurja għall-Gżira.

Klassifika tal-kampjonat premier:

Luxol 28 punt, Hamrun 27 punt, Balzan 21 punt, Qormi 19-il punt, Swieqi 15-il punt, Valletta 12-il punt, Mosta 9 punti, Gzira tliet punti u Zebbug jibqgħu bla punti.

Mill-ewwel diviżjoni, żewġ rebħiet għal Msida St. Joseph fuq Birżebuġa bl-iskor ta’ 12-2 u fuq Sirens bl-iskor ta’ 8-5.

Attard għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 3-2 u lil Naxxar bl-iskor ta’ 4-2.

Lija għelbu lil Siggiewi bl-iskor ta’ 9-5.

Filwaqt li l-logħba bejn Naxxar u Qrendi ntemmet fi dro ta’ 3-3.

Klassifika tal-Ewwel Diviżjoni:

Lija u Mellieha jaqsmu l-ewwel post b’36 punt, segwiti minn Naxxar b’29 punt.

Attard telgħu għal 24 punt, Msida b’21 punt, Luqa bi 18-il punt, Sirens b’14 –il punt, Mdina bi 13-il punt, Siggiewi bi 12-il punt, Qrendi bi 11-il punt, Mqabba b’disa’ punti u fl-aħħar post B’bugia b’punt wieħed biss.





Leave a comment