Futsal: Luxol u Valletta sieq ġewwa fil-Finali tal-Playoffs

Monday, May 15, 2017, 12:06

Il-kampjonat Malti tal-futsal beda t-triq tiegħu għall-iktar mumenti eċċitanti, bis-sehem ta’ Valletta, Hamrun Tre Angeli, Luxol u Swieqi fis-semifinali talplayoffs.

Luxol iddominaw għal kollox lil Swieqi United meta rebħu l-ewwel leg tassemifinali bl-iskor ta’ 10-1. Fl-ewwel taqsima kellhom kontrol assolut u marru għall-mistrieħ b’vantaġġ ta’ 9-0. Min-naħa l-oħra Swieqi pruvaw iwettqu reazzjoni kmieni fit-tieni taqsima bl-uniku gowl li ġie skurjat minn Dimitar Petev. Għal Luxol kellna tripletta ta’ Andy Mangion u doppjetti għal Gian Carlo Sammut, Emil Andrei Raducu u Dejan Bizjak. Kurt Bartolo kien sfortunat li skurja fix-xibka tiegħu stess u żied ieħor għat-tim minn St. Andrews.

Is-semifinali l-oħra li ġibdet aktar nies lejn il-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, kienet dik bejn Hamrun Tre Angeli u Valletta. Bħal dejjem l-atmosefera bejn iż-żewġ partitarji tkun waħda eċċittanti. Wara biss erba’ minuti milgħuba, l- Ħamruniżi marru fil-vantaġġ permezz ta’ Florin Anton. Ftit tal-ħin wara, lBeltin ġabu d-dro permezz ta’ Daniel Jesus Aguilera Puerto u marru anki filvantaġġ permezz ta’ Raphael Felipe Ortiz de Oliveira. Valletta komplew ikabbru l-vantaġġ permezz ta’ Xavier Saliba u Cleaven Portelli naqashom għal 3-2 qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima l-Beltin għamlu ċert li jiksbu din ir-rebħa, b’gowl ta’ Denis Di Maio, gowl ieħor għal Daniel Jesus Aguilera Puerto u gowl ta’ Jovica Milijic.

Il-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla jintlagħbu t-tieni leg tas-semifinali tal-playoffs u hemm jiġi deċiż jekk Luxol u Valletta jikkonfermawx posthom fil-finali. Ilfinali tintrebaħ bl-aqwa minn tliet logħbiet u r-rebbieħ finali jieħu sehem firrawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup.

Mill-ewwel diviżjoni, Mriehel ESS, Msida SJ, Qrendi u Sliema Wanderers komplew iżidu fir-rebħ. Mriehel ESS għelbu lil Marsascala Construct Furniture bl-iskor ta’ 7-0. Doppjetta ta’ Ayoub Ahmed u gowl kull wieħed għal Eslam Khalfa, Fabio Grech, Marwan Telisi u Essa Benatiya taw tliet punti oħra importanti għal Mriehel ESS. Marsascala kienu sfortunati wkoll li Matthew Grima wettaq awtogowl.

Msida SJ, mingħajr l-ebda tbatija għelbu lil Zurrieq Wolves bl-iskor ta’ 19-2. George Frendo skurja xejn anqas minn sitt gowls, erba’ gowls għal Armando Djepali, tripletti għal Mohammed Lamari, Ryan Xuereb u Chris Cutajar. Iż- żewġ gowls għal Zurrieq Wolves waslu kollha mingħand Russell Camilleri.

Qrendi komplew jitbiegħdu minn Tarxien JMI, meta għelbuhom bl-iskor ta’ 6- 4. Reġgħu kienu Craig Pickard u Antonello Brincat li poġġew isimhom fuq illista ta’ dawk li skurjaw għal Qrendi. Pickard skurja darbtejn u gowl kull wieħed għal Brincat, Clayton Borg, Bertram Azzopardi u Ronald Spina. Għal Tarxien JMI skurjaw Leonard Alla, Lawrence Buhagiar, Silio Saliba u Vince Camilleri.

F’logħba mill-aktar bilanċjata u pjċevoli, Sliema Wanderers komplew isaħħu posthom fil-quċċata, meta din il-ġimgħa għelbu lil Safi San Lorenzo bl-iskor ta’ 4-2. Is-Safjin sfortunatament kellhom lil Christian Lia li tefa’ l-ballun fixxibka tat-tim tiegħu stess. Is-Slimiżi komplew ikabbru r-riżultat permezz ta’ Mauro Busuttil, Christian Micallef u Aleksander Ribic. Intant Safi San Lorenzo skurjaw permezz ta’ Alexei Saliba u Clive Calleja.

Intant nhar it-Tnejn li għadda, il-logħba bejn Qormi u t-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi, ġiet abandunata 47 sekonda mit-tmiem tal-ewwel taqsima. Dan wara li kien hemm kuntatt bejn Lydon Baldacchino ta’ Swieqi u George Chircop li wassal għal xi ftit nervożiżmu. Ir-referi Klint Cassar ta t-tieni karta safra lil Baldacchino u karta ħamra diretta lil Chircop. It-tensjoni eskalat xi ftit u għalhekk ġie deċiż li l-logħba tiġi abbandunata. Il-bord tad-dixxiplina ssospenda lil Chircop għal sena, li ġie akkużat għall-imġieba anti-sportiva filkonfront tar-referi. Għaldaqstant il-klabb ta’ Qormi se jappella din iddeċiżjoni.

Klassifika tal-Ewwel Diviżjoni

Sliema Wanderers …………………42

Msida SJ …………………………….37

Mriehel ESS ………………………..32

Qormi ……………………………….25

Safi San Lorenzo ………………….24

Qrendi ………………………………22

Tarxien JMI ………………………..15

Marsascala Construct Furniture .12

Swieqi U21 ………………………..12

Zurrieq Wolves ……………………3





Leave a comment