Futsal: Luxol u Valletta fost il-protagonisti ewlenin fin-Knock Out

Sunday, November 20, 2016, 14:18

Gavin Muscat

Ikompli l-kampjonat tal-futsal bil-logħbiet mill-ewwel rawnd tal-Gatorade Knock Out, fejn il-holders Luxol u ċ-ċampjins Valletta għamluha għar-rawnd li jmiss flimkien ma’ Hamrun, it-tim tal-Università, Swieqi, Msida u Marsascala. Dawn it-timijiet jingħaqdu ma’ Safi San Lorenzo li għaddew diġa għar-rawnd li jmiss bil-polza.

Spikkaw ir-rebħiet ta’ Luxol fuq Sliema bl-iskor ta’ 9-4 u Valletta fuq Tarxien bl-iskor kbir ta’ 16-2. Hamrun Tre Angeli wkoll kellhom rebħa tajba ta’ 9-1 fuq Qormi Futsal. It-tim tal-Università u Swieqi ħarġu rebbieħa bl-iskor identiku ta’ 9-3 fuq Mrieħel ESS u Żurrieq Wolves rispettivament. Fi tmiem il-ġimgħa l-Imsida għelbu lil Qrendi 6-2 u Marsascala għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi bl-iskor ta’ 5-1.

Intant il-ġimgħa d-dieħla jibda l-Gatorade Futsal League fejn ikollna dawn il-logħbiet:

Nhar it-Tnejn 21 ta’ Novembru, iċ-ċampjins Valletta jilagħbu kontra Marsascala u Hamrun Tre Angeli kontra Qormi.

It-Tlieta 22 ta’ Novembru, it-tim tal-Università jilagħbu kontra Swieqi.

Il-Ħamis 24 ta’ Novembru, Safi San Lorenzo jiddebuttaw kontra Sliema u Msida jilagħbu kontra t-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi.

Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru ikollna Tarxien kontra Luxol u Qrendi jiltaqgħu mal-ġirien tagħhom Żurrieq Wolves.





Leave a comment