- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Futsal: Luxol itellfu l-aħħar ċans lil Ħamrun Spartans

Posted By Sportinmalta On June 3, 2016 @ 12:15 pm In Featured,Futsal,Other | No Comments

Gavin Muscat

Wara staġun pożittiv li fih Ħamrun ġew f’ras il-klassifika u għamluha għal finali taż-żewġ kompetizzjonijiet, Luxol rebħu l-finali tan-knock out. Logħba oħra li ntlagħbet bil-bibien magħluqa u li għalqet staġun ieħor ta’ futsal.

Fl-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet kienu bilanċjati hekk kif daħlu jistrieħu bi dro ta’ 2-2. Fit-tieni minuta Florin Anton fetaħ l-iskor b’xutt li ħasad għal kollox lill-gowlkiper Ħamruniż Kevin Cassar. Fis-seba’ minuta Mark Zammit irdoppja l-iskor għal Luxol. FL-aħħar żewġ minuti l-Ħamruniżi wettqu reazzjoni hekk kif ġabu d-dro permezz ta’ Madson Gaetano u George Frendo.

Fit-tieni taqsima Luxol ħarġu determinati u għadu iktar attenti biex ma jaħlux l-okkażjonijiet biex jiskurjaw. Fl-ewwel minuta, minn corner ta’ Celino Alves, Florin Anton li kien żmarkat irċieva l-ballun u spara fix-xibka. Sadanittant l-Ispartans tefgħu kollox fuq l-attakk hekk kif Frendo beda jinbidel kontinwament ma’ Cassar bħala flying keeper. Fit-tnax-il minuta, kien imiss lil William Barbosa li jżid gowl ieħor għal Luxol biex jirbħu din il-finali. Carl Azzopardi wettaq ukoll doppjetta personali flimkien mal-gowl ta’ Celino Alves biex aċċertaw li t-tazza tmur lejn St. Andrews. Meta kien fadal 15-il sekonda għat-tmiem, it-tim Ħamruniż rema x-xugaman u ż-żewġ settijiet ta’ plejers ħadu b’idejn xulxin.

Wara tmiem il-logħba, Raphael Felipe Ortiz de Oliveira ta’ Ħamrun Spartans ingħata l-premju bħala t-top scorer tal-istaġun. Ingħataw ukoll il-midalji liż-żewġ timijiet u fl-aħħarnett il-captain ta’ Luxol William Barbosa rċieva t-t-tazza minn idejn il-President tal-FMA Mark Borg.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/futsal-luxol-itellfu-l-ahhar-cans-lil-hamrun-spartans/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.