Futsal: L-ewwel rebħa b’riżultat inkurraġanti

Thursday, December 8, 2016, 20:39

Ibieraħ filgħaxija, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, intlagħbet l-ewwel minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija li t-tim nazzjonali Malti għandu kontra San Marino. It-tim immexxi mill-kowċ Peter Pullicino ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 4-0, f’logħba li kienet ikkontrolata tajjeb ħafna u ftit taw ċans lill-avversarji.

Wara biss 50 sekonda Jovica Milijic fetaħ l-iskor u poġġa lill-Maltin fil-vantaġġ. Sitt minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima, Andy Mangion għamilhom 2-0.

Fit-tieni taqsima, minkejja li damu ftit ma ġew il-gowls, il-Maltin baqgħu magħqudin u ħadmu tajjeb kemm fl-attakk u anki fid-difiża. Fil-11-il minuta kien imiss lil Xavier Saliba li jiskurja t-tielet gowl tal-partita. Ħames minuti mit-tmiem, reġa’ kien Jovica Milijic li ssiġġilla r-rebħa li timmotiva lit-tim nazzjonali għat-tieni logħba ta’ ħbiberija.

Illejla ż-żewġ timijiet fis-7pm jerġgħu jkunu fl-azzjoni għat-tieni logħba ta’ ħbiberija, li jservu bħala test għaż-żewġ timijiet qabel il-kwalifikazzjoni tal-EURO Futsal.

Malta: Matthew Xerxen (GK), Neil Cuschieri (GK), Daniel Mifsud, Carl Azzopardi, Giancarlo Sammut, Jovica Milijic, Matthew Attard, George Frendo, Melvin Borg, Mark Zammit (C), Xavier Saliba, Dylan Musu, Jason Mifsud, Andy Mangion

San Marino: Elia Cecchetti (GK), Michele Bollini (GK), Nauhel Zanfino, Matteo Sammarini, Matteo Morganti, Davide Zafferani, Federico Macina, Elia Pasqualin, Andrea Franciosi, Fabio Gasperoni (C), Fabio Belloni, Nicola Albani, Mattia Protti

Referees: Franco Cachia, Matthew Vella, Jonathan Mallia

Time Keeper: Jonathan Balzan





Leave a comment