- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Futsal: Il-favoriti għamluha għar-rawnd li jmiss

Posted By Sportinmalta On December 20, 2014 @ 6:03 pm In Featured,Futsal | No Comments

Matul din il-ġimgħa kien hemm waqfa mill-Kampjonat Premier kif ukoll mill-Ewwel Diviżjoni hekk kif intlagħbet il-kompetizzjoni b’eliminazzjoni diretta fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin. Fil-partitissima, id-derby bejn il-ġirien ġeografikament imissu ma’ xulxin, Balzan għelbu lil Lija 5-1. Logħba li rat lil Balzan jibnu vantaġġ ta’ żewġ gowls, b’Lija jirreaġixxu iżda sabu lil keeper tal-holders ta’ din il-kompetizzjoni, Nicholas Farrugia attent filwaqt li wettaq saves brillanti. Kien Frane Despotovic li fetaħ l-iskor b’xutt għar-rokna waqt li Nicola del Re rdoppja għal Balzanin. L-eks tal-partita, Zeljko Anicic naqqas il-marġni tal-iskor għal Lija bis-sostitut Eslam Khalifa jiskorja t-tielet gowl tmien sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, Glenn Bonello kabbar il-vantaġġ għal Balzan bl-istess Eslam Khalifa jissiġġilla r-rebħa tat-tim tiegħu u jgħaqqad doppjetta personali għal skor finali ta’ Balzan 5 Lija 1. Rebħa kbira ta’ Qormi li għelbu lil Mdina Knights 9-1, b’4 gowls ta’ Endrit Kaca, tripletta ta’ Blendi Gockay, Alan Galea u awtogowl ta’ Roberto Sarcia, bi Mdina jirrispondu permezz ta’ John Micallef.

F’aktar logħbiet Gżira United għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 7-4, Valletta għelbu lil Attard bl-iskor ta’ 5-1 u Luxol komplew javvanzaw għal stadju ieħor meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 8-1.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/futsal-il-favoriti-ghamluha-ghar-rawnd-li-jmiss/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.