Futsal: Draw bejn Valletta u Ħamrun iqiegħed lil Luxol waħedhom fil-quċċata

Monday, January 4, 2016, 0:13

Gavin Muscat

Fi tmiem din il-ġimgħa Luxol inqatgħu waħedhom fil-quċċata hekk kif il-konfront dirett li kellna bejn Valletta u Ħamrun intemm fi dro ta’ 4-4

Kienu l-Ħamruniżi li fetħu kmieni l-iskor permezz ta’ Robert Magro. Andy Mangion irdoppja l-iskor wara ħarba tajba u minn pożizzjoni angulata għeleb għal kollox lill-gowkiper Belti Neil Cuschieri.

Minn naħa l-oħra Dylan Musu qabbeż tajjeb il-ballun minn fuq il-gowlkiper Ħamruniż Clint Mifsud u b’hekk naqas l-iskor għal 2-1.

Valletta ġabu l-gowl tad-dro wara li Melvin Borg ta ballun tajjeb lil Denis Di Maio, b’dan tal-aħħar jitfa’ l-ballun fix-xibka. Ftit sekondi mit-tmiem tal-ewwel taqsima, inqalat ftit tal-komozzjoni li wasslet biex il-logħob twaqqaf għal ħin twil u tkeċċa Mohammed Elamari wara li rċieva t-tieni karta safra għall-protesti. Hekk kif il-logħob tkompla, Xavier Saliba poġġa lill-Beltin fil-vantaġġ minn kick mit-tieni penalty spot.

Fil-bidu tat-tieni taqsima tkeċċa l-plejer Ħamruniż Andy Mangion meta rċieva karta ħamra għall-foul li wettaq fuq Cristian Cuadros Silva. Mill-freekick, Xavier Saliba qassam lil Dylan Musu li bix-xutt tiegħu għamilhom 4-2.

Ħamrun reġgħu daħlu fil-logħba, hekk kif Rodrigo Ticz Patricio daħal bħala flying keeper u sieħbu Raphinha naqqas l-iskor. Fl-aħħarnett l-Ispartans ġabu d-dro fl-aħħar sekondi mit-tmiem permezz ta’ Daniel Mifsud.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Luxol minn naħa tagħhom baqgħu b’punti massimi hekk kif għelbu lill-istudenti Universitarji ta’ Mdina Knights bl-iskor ta’ 13-0

Partita li kienet dominata mit-tim minn St Andrews li fetħu l-iskor fl-ewwel minuta permezz ta’ Zvezdan Vukovic. Carl Azzopardi rdoppja l-iskor u skurja b’kollox tliet gowls f’din il-logħba. Matthew Attard għamilhom 3-0, filwaqt li Mark Zammit skurja tripletta għalih personali. Florin Anton għamel l-iskor 5-0 u Clint Cope kellu doppjetta personali. Peter Pullicino minn taħt ħalq il-lasta għamilhom 8-0 u hekk intemmet l-ewwel taqsima.

Għal Luxol skurja wkoll il-plejer Brażiljan Celino Alves li ddebutta f’dan l-istaġun wara li rritorna minn injury li żammithu barra għal dawn l-aħħar erba’ xhur.

F’aktar riżultati li kellna matul din il-ġimgħa, Gozo baqgħu bla rebħa hekk kif ġew megħluba minn Lija Athletic bl-iskor ta’ 13-0. Għal Lija kellna doppjetti għal Andre Henrique de Souza, Ebrahim Massoudi, Jason Gauci, Luke John Stivala u Chavi Montes Burgos. Chris Cardona, Wallace Santos Junior u Nicola Del Re skurjaw gowl kull wieħed.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Qrendi wkoll baqgħu mingħajr rebħa, pero kellhom waqtiet tajbin ħafna kontra Sliema Wanderers, meta rnexxielhom inaqqsu l-iskor finali għal 8-7

Għal Sliema kellna tripletta ta’ Frankie Xerri, doppjetta għal Adam Wingfield u gowls ta’ Aleksander Ribic, Robert Zammit u Christian Micallef. Qrendi naqsu l-iskor b’tripletta ta’ Craig Pickard, doppjetti għal Alan Spiteri, flimkien mal-gowls ta’ Antonello Brincat u Morad El-Torshi.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Swieqi wkoll kisbu rebħa importanti għalihom, hekk kif għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 5-1

Għal Sirens skurjaw Laszlo Hajossy, Diego Gomes de Mello, Daniel Sant u doppjetta għal Andre Ciancio.

L-uniku gowl ta’ Sirens ġie skurjat minn Antoine Galea.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Marsaskala kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Żebbuġ bl-iskor ta’ 8-5

Għal Marsaskala kellna erba’ gowls ta’ Nikolay Filipov, tripletta ta’ Josef Balzan u gowl ta’ Steve Gambin.

Minn naħa l-oħra ż-Żebbuġin irrispondew b’tripletta ta’ Anton Novoa Perez u gowls ta’ Joseph Chetcuti u Jamie Portelli.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Msida SJ tħabtu mhux ftit biex għelbu lil Mqabba bl-iskor ta’ 8-4.

Il-Misidjani kellhom tripletta ta’ Paulo Mendes da Silva u gowls mingħand Ryan Xuereb, Marian Gologan, Matthew Dingli, Herbert Spiteri u Floren Manea.

L-Imqabbin kellhom doppjetta ta’ Steve Falzon u gowls ta’ Miguel Alcaraz u Lydon Baldacchino.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

-Klassifika tal-kampjonat:

Luxol bi 18-il punt;

Valletta u Hamrun Spartans b’16-il punt;

Msida SJ bi 13-il punt;

Lija Atheletic u Swieqi United bi 12-il punt;

Sirens b’7 punti;

Sliema Wanderers, Mqabba, Mdina Knights u Zebbug Rangers b’6 punti;

Marsascala bi 3 punti;

Qrendi u Gozo bla punti.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Gallery

Luxol St.Andrew vs Mdina Knights





Leave a comment