Futsal: Balzan jagħmluha għar-rawnd li jmiss bl-ikbar ammont ta’ gowls

Friday, October 24, 2014, 8:00

Ingħatat bidu l-kompetizzjoni b’eliminazzjoni diretta, fejn Mellieħa, Qrendi, Qormi, Balzan u Valletta għamluha għar-rawnd li jmiss.

Fl-ewwel logħba, Mellieħa għelbu lil Msida bl-iskor ta’ 7-1. Għall-Mellieħa, tripletta ta’ Radoslav Kovachev u gowl kull wieħed għal Nathaniel Borg, Craig Pickard, Joseph Vella u Conor Muchmorre. L-uniku gowl Misidjan ġie skurjat minn Mladen Lazic.

Ġew skurjati mhux inqas minn tlettax-il gowl, meta Qrendi għelbu lil B’Bugia 8-5. Għal Qrendi Maxime Landais kien il-protagonist prinċipali billi skurja ħamsa mit-tmien gowls ta’ Qrendi. Għal Qrendi wkoll kellna doppjetta ta’ Bertram Azzopardi u gowl ta’ Luke Zammit. Noel Tabone skurja tliet gowls għal B’Bugia, l-ewwel wieħed minn penalti. Peter Mark Cachia u John Paul Barbara skurjaw gowl kull wieħed ukoll għal B’Bugia.

Rebħa komda ta’ 8-1 għal Qormi fuq Mqabba. Il-Qriema kellhom lista twila ta’ markaturi permezz ta’ Basil Emeka Onuta, Jesmond Micallef, Paulo Diones Mendes Da Silva, Marwan Telisi, Darren Agius, Jonathan Sammut u doppjetta ta’ Blendi Gockaj. L-uniku gowl ta’ Mqabba li wasal tliet minuti mit-tmiem, ġie skurjat minn Etienne Rodo.

Xalata ta’ gowls għal Balzan li skurjaw tlettax-il gowl mingħajr risposta kontra Luqa.

Poġġew isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Nicola Delre u Eslam Kalifa darbtejn, erba’ gowls ta’ Boicho Marev, u gowl kull wieħed għal Frane Despotovic, Glenn Bonello, Eslam Khalifa, Matthew Attard, Mark Zammit u Tyron Borg.

Valletta wkoll għamluha għar-rawnd li jmiss meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 6-0.

Għal Valletta, doppjetti ta’ Denis Di Maio u Kurt Bartolo, flimkien mal-gowls ta’ Bryan Deguara u Dexter O’Brien.

Il-kompetizzjoni ta’ eliminazzjoni diretta tkompli fis-27 ta’ Novembru meta Naxxar jilagħbu kontra Gżira.





Leave a comment