Futbol:Malta vs Kroazja – Informazzjoni fuq il-biljetti tal-partita

Thursday, October 8, 2015, 18:08

Gavin Muscat

  • Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż
  • Note:This article has been written in both Maltese and English

Il-Malta Football Association tavża li waqt laqgħa li saret ilbieraħ filgħaxija bejn uffiċjali tal-Malta Football Association u uffiċjali oħra mill-Croatian Football Federation, kien deċiż li ċittadini Kroati ma jistgħux jixtru biljetti għall-partita minn Grupp H ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat EURO 2016 bejn Malta u l-Kroazja li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, it-Tlieta 13 ta’ Ottubru 2015. Din id-deċizjoni ttieħdet bi qbil mal-UEFA.

L-MFA tfakkar li l-barranin kollha (eskluż cittadini Kroati) li jridu jattendu għall-partita jistgħu jagħmlu dan billi jixtru l-biljetti tagħhom jew mill-pre-sellers awtorizzati sal-Ħadd 11 ta’ Ottubru jew dakinhar tal-partita mit-ticket booths rispettivi. Il-bejgħ tal-biljetti għall-ċittadini barranin isir biss jekk issir preżentazzjoni ta’ dokument validu ta’ identifikazzjoni.

L-Istadium Nazzjonali se jiftaħ għall-pubbliku fis-6.45pm u l-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku biex josservaw ir-regolamenti tal-Istadium u d-direttivi tal-Pulizija ta’ Malta.

Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna www.mfa.com.mt

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

Malta vs Croatia – Information about the match tickets

 

The Malta Football Association would like to inform the general public that during a meeting held yesterday evening between officials of the Malta FA and Officials from the Croatian Football Federation, it was decided that NO TICKETS for the Group H European Qualifier between Malta and Croatia, scheduled to be played at the National Stadium on Tuesday 13th October 2015,  will be made available for Croatian citizens. This decision was also taken in agreement with UEFA.

The MFA would like to remind all foreigners (excluding Croatian citizens) who wish to attend for this match, that they can do so by either buying their tickets prior to match day from MFA’s authorised ticket pre-sellers by not later than Sunday 11th October 2015, or from the stadium ticket booths on match day. Sale of tickets to foreigners will only be allowed upon presentation of a valid identification document.

On Tuesday 13th October, the National Stadium ticket booths and gates will open at 18:45hrs and everyone is being urged to observe the stadium regulations and other directives issued by the local police authorities from time to time.

Fot further information on ticket sales visit www.mfa.com.mt





Leave a comment