Futbol: Tim immexxi minn kowċ Malti jirbaħ l-NPLWA

Saturday, September 3, 2016, 0:05

Gavin Muscat

Il-PS4 National Premier League ta’ West Australia intrebaħ minn Perth SC dan tmiem il-ġimgħa wara li fl-aħħar logħba rebħu lil Sorrento FC bl-iskor minimu ta’ 1-0.  Bl-uniku gowl tal-logħba jkun skorjat mill-captain Daryl Platten.   League iehor f’art imbegħda li mhux normalment isib postu fl-aħbarijiet lokali Maltin li kieku ma kienx għall-kowċ ta’ Perth SC li huwa l-Malti Ramon Falzon.

Falzon, li ilu l-Awstralja għal dawn l-aħħar seba’ snin, ingħaqad ma’ Perth SC dan l-istaġun wara sentejn ma’ Balcatta FC.  Hu ngħaqad ma’ Perth SC bħala assistent ta’ Gareth Naven li eventwalment fil-bidu ta’ Ġunju kien offrut il-post ta’ kowċ ta’ Melbourne Victory.  Kien hawnhekk li l-istess Naven issuġerixxa li Falzon jeħodlu postu fit-tmun tat-tim.  Dak iż-żmien it-tim kien jinsab fit-tielet post.   It-triq kienet twila u għat-telgħa bl-isfida tkun waħda kbira kemm għal Falzon u anke għall-plejers pero fl-aħħar mill-aħħar kienu Perth SC li ħarġu bl-unuri.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius, permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook, feraħ lil Falzon għal dan is-suċċess miksub.  Huwa qal li l-esperjenzi barra l-pajjiż jgħinu sabiex l-isportivi tagħna jikbru.

Ramon Falzon

 





Leave a comment