- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Futbol tan-nisa: Mark Gatt jinhatar kowc nazzjonali u aktar tibdil‏

Posted By Sportinmalta On January 28, 2015 @ 1:30 pm In Featured,Football | No Comments

Mark Gatt jinħatar kowċ nazzjonali. Mark Gatt, l-eks-assistant kowċ ta’ Pierre Brincat fit-tim nazzjonali Malti tan-nisa, inħatar kowċ nazzjonali tal-istess tim. Din id-deċiżjoni ttieħdet illum mill-Eżekuttiv tal-MFA u tħabbret minn Norman Darmanin Demajo, President tal-Assoċjazzjoni.

 

Gatt ingħata kuntratt ta’ sentejn u matul dan iż-żmien se jkun qiegħed imexxi lit-tim nazzjonali Malti fit-tliet partiti minn Grupp 2 ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2015/17 kontra l-Ġorġja, l-Andorra u l-Gżejjer Faroe.

 

Gatt se jkollu jassistih lil Frank Schembri li għalih se tkun l-ewwel esperjenza bħala kowċ fid-dixxiplina femminili. Schembri nħatar ukoll kowċ nazzjonali tat-timijiet ta’ Taħt id-19 u s-16-il sena.

 

Sadanittant, Pierre Brincat, l-eks-kowċ nazzjonali, nħatar Direttur tal-Futbol tan-Nisa fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/futbol-tan-nisa-mark-gatt-jinhatar-kowc-nazzjonali-u-aktar-tibdil%e2%80%8f/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.