Futbol: Pietro Ghedin ikkonfermat kowċ nazzjonali ta’ Malta

Wednesday, February 17, 2016, 21:42

Gavin Muscat

Pietro Ghedin, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, kien ikkonfermat fil-kariga tiegħu għal sentejn oħra. Dan ifisser li s-Sur Ghedin se jmexxi lit-tim nazzjonali Malti għall-partiti minn Grupp F ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018.

Il-Malta Football Association waslet għal dan il-ftehim ma’ Ghedin wara laqgħa bejn l-istess kowċ nazzjonali u Norman Darmanin Demajo, President tal-Assoċjazzjoni. Darmanin Demajo kien diġa’ kkonsulta mal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA.

Taħt Pietro Ghedin, it-tim nazzjonali Malti, kellu diversi partiti u wirjiet tajbin li bihom kompla kabbar ir-reputazzjoni u r-rispett li kellu fix-xena tal-futbol internazzjonali.

L-MFA tifraħ lil Pietro Ghedin u tawguralu aktar suċċessi fil-futur fil-kariga ta’ kowċ tat-tim nazzjonali Malti.

Ritratti ta’ Domenic Aquilina





Leave a comment