- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Futbol: Kowċ Barrani Ġewwa Pajjiżna għal taħriġ

Posted By Sportinmalta On August 29, 2016 @ 1:45 pm In Featured,Football | No Comments

Gavin Muscat

Bi pjaċir inħabbru li bejn il-15 u t-18 ta’ Settembru li ġej se jkun hawn fostna l-pre Academy Elite Develompment Coach mill-akkademja taċ-Champions renjanti, Leicester City.

L- scout ta’ din l-akkademja, se jkun qed imexxi taħriġ għat-tfal bejn il-5 snin u l-15-il sena. It-taħriġ se jkun twil siegħa u nofs bi gruppi massimi ta’ 15-il plejer li se jkunu mqassmin skont l-età.

Waqt din is-sessjoni l-pre Academy Elite Develompment Coach tal-akkademja tal-Leicester City se jkun qed isegwi l-plejers mill-qrib. Jista’ jkun li jintgħażlu xi wħud mill-plejers u jidħlu fl-opportunità li jitilgħu għal taħriġ f’Leicesterbħala għajnuna u titjib fil-kwalità.

It-taħriġ se jkun jiswa €15 filwaqt li dawk kollha reġistrati taħt iż-Żurrieq FC Youth Nursery se jħallsu l-prezz speċjali ta’ €5. Dawk li jirreġistraw maż-Żurrieq Nursery meta jibbukjaw post iħallsu wkoll il-prezz speċjali ta’ €5

Dawk kollha interessati li jġibu xi tfal għal din is-sessjoni huma mitluba li jikkuntatjawna fuq in-numru 79946494 jew inkella fuq l-email tan-nursey zurrieqnursery@gmail.com

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/futbol-kowc-barrani-gewwa-pajjizna-ghal-tahrig/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.