- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Futbol f’Ghawdex: Kampjonat Melita tal-ewwel Divizjoni

Posted By Sportinmalta On December 21, 2014 @ 10:27 am In Featured,Football | No Comments

Fl-ewwel zewg loghbiet mid-disgha gurnata tal-kampjonat Melita tal-ewwel divizjoni Kercem Ajax u Victoria Hotspurs kisbu rebhiet important fit-taqtiegha ghal post mal-ewwel erbgha timijiet fit-tieni fazi tal-kampjonat.

 

Fl-ewwel loghba Kercem Ajax kisbu rebha ta’ tlieta bi tnejn kontra SK Victoria Wanderers biex sahhew il-vantagg fuq ir-raba tim fil-klassifika. Kercem kellhom l-ahjar okkazjonijiet ta’ skor permezz ta’ konkluzjonijiet ta’ Elton Vella filwaqt li l-Wanderers operaw l-aktar b’azzjonijiet ta’ kontra attak. Ir-rabtin izda rrnexielhom jifthu l-iskor fit-tlieta u tletin minuta permezz ta’ xutt fil baxx ta’ Ajibade Adesina wara kross ta’ Kalin Ganchev li kien qed jaghmel id-debut mal-Wanderers. Kercem sabuha difficli jwettqu reazjoni matul l-ewwel taqsima izda hargu aktar agressivi wara l-mistrieh sabiex irnexxielhom jdawwru r-rizultat favur taghhom. Anderson Ribeiro kiseb il-gowl ta’ draw fid-disgha u hamsin minuta meta xellef xutt ta’ Jean Paul Mizzi u fit-tnejn u sebghin minuta Kercem inghataw penalty ghal fowl ta’ Sam Frank Bajada fuq Anderson Ribeiro u Petar Kyumyurdzhiev pogga lil Ajax fil-vantagg bix-xutt mill-ispot kick. Zewg minuti wara Kercem kabbru l-vantagg b’lob ta’ Andrew Mizzi li aprofitta minn indecizjoni fid-difiza tal-Wanderers. Kercem setghu ziedu l-iskor f’okkazjoni ohra izda Ribeiro ikonkluda hazing wara li kien dahal tajjeb fil-kaxa u fl-ahhar minuti l-Wanderers regghu dahlu fil-partita meta naqsu l-iskor b’gowl iehor ta’ Ajibade Adesina wara azzjoni ta’ korner u kienu sfortunati li ma kisbux draw dramatiku ghaliex fir-raba’ minuta ta’ hin moghti zejjed free kick ta’ Kalin Ganchev spicca mal-minduda bil-gowlkeeper meghlub.

 

Fit-tieni loghba li saret il-Hadd, Victoria Hotspurs kisbu rebha kbira ta’ sitta b’wiehed kontra Oratory Youths f’konfront dirett ghar-raba post fil-klassifika. Victoria Hotspurs kienu aktar perikoluzi mill-avversarji mill-ewwel fazijiet tal-partita u setghu fethu l-iskor l-iktar minn tentaivi ta’ Jason Pace u Rodeny Buttigieg. Il-Hotspurs izda kellhom jistennew sal-erbgha u erbghin minuta sabiex zblukkaw l-iskor permezz ta’ konkluzjoni mil vicin ta’ Nikola Vasilic. L-istess attakant mis-Serbja irdoppja ghal Hotspurs b’gowl iehor li wasal fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima u Vasilic kiseb hat-

trick personali meta skorja t-tielet gowl ghal Hotspurs fis-sitta u hamsin minuta b’konkluzjoni bir-ras wara kross tas-sostitut Antoine Camilleri. Il-Hotpsurs komplew jidominaw fuq l-avversdarji u Rodney Buttigieg kellu aktar minn okkazjoni wahda fejn setgha zied il-vantagg. Fit-tnejn u sebghin minuta Buttigieg kien sfortunat li kellu xutt li habat mal-minduda izda l-ballun nizel fuq il-linja biex finalment il-komkluzjoni bir-ras ta’ Antoine Camilleri kienet salvata mil gowlkeeper Franklin Vella. Rodney Buttigieg irnexxielu jiskorja r-raba gowl ghal Hotspurs b’konkluzjoni mill-vicin wara kross ta’ Jonathan Bajada fit-tminja u sebghin minuta. Zewg minuti wara Oratory skurjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni meta r-referee Etienne Mangion ordna penaklty ghal dahla ta’ Daniel Farrugia fuq Mark Camilleri u Shaun Attard ikonkluda fil-lasti b’xutt mill-ispot kick. Il-Hotspurs izda baqghu jzommu pressjoni fuq l-avversarji u sa tmiem il-partita skurjaw f’zewg okkazjonijiet ohra permezz ta’ Ferdinando Apap fit-tlieta u tmenin minuta u Michael Bezzina fit-tieni minuta ta’ hin mizjud.

 

Fil-klassifika tal-kampjonat Melita tal-ewwel divizjoni Nadur Youngsters jinstabu fl-ewwel post bi tnejn u ghoxrin punt, Kerecem Ajax lahqu lil Xewkija Tigers b’dsatax il-punt, Victoria Hotspurs telghu fir-raba post bi tlettax il-punt, Oratory Youths baqghu bi hdax il-punt, SK Victoria Wanderers sebgha, St Lawrence Spurs hamsa u fl-ahhar post Sannat Lions b’punt. Nadur, Xewkija, St Lawrence u Sannat ghandhom loghba anqas.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/futbol-fghawdex-kampjonat-melita-tal-ewwel-divizjoni/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.