Futbol f’Ghawdex: Kampjonat Melita tal-ewwel Divizjoni

Tuesday, January 27, 2015, 17:20

Nadur Youngsters sahhew posthom fl-ewwel post tal-klassifika meta dawru telfa f’rebha ta’ tnejn b’wiehed fil-konfront mit-tnax il-gurnata kontra Victoria Hotspurs. B’din ir-rebha Nadur issa jistennew li Xewkija Tigers jirkupraw il-loghba tat-tnax il-gurnata kontra Kercem Ajax sabiex jkunu jafu kemm ser jkollhom punti vantagg qabel ma’ z-zewg sfidanti ghar-rebh tal-kampjonat jiltaqghu fil-konfront dirett fis-seba ta’ Frar.

 

Fil-partita kontra Victoria Hotspurs Nadur kellhom aktar mil-loghob matul l-ewwel taqsima u kellhom numru ta’ okkazjonijiet ta’ skor permezz ta’ Claudio Antunes, Mark Hyzler, Joseph Vella u Milos Stojanovic fejn spikka ukoll il-gowlkeeper ta’ Victoria Matthew Vella li wettaq saves tajba biex cahhad lil Nadur milli jifthu l-iskor. Victoria kellhom bidu mill-aqwa fit tieni taqsima u marru fil-vantagg b’gowl minn Filipe Aguiar li ssorprenda lil gowlkeper ta’ Nadur Mark Grima b’xutt minn barra l-kaxxa. Nadur wettqu reazjoni u fil-hamsa u sittin minuta kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Claudio Antunes li kkonkulda wara li rcieva through pass mill-boghod. Il-loghba saret aktar movimentat u z-zewg timijiet kellhom okkazjoni kull wiehed fejn jiksu l-gowl tal-vantagg. Nadur izda irnexielhom jiksu l-gowl tar-rebha fit-tnejn u tmenin minuta meta minn pass ta’ Joseph Vella, Claudio Antunes ikontrolla tajjeb u gheleb lil gowlkeeper b’xutt fil-baxx lejn ir-rokna.

 

Fil-loghba l-ohra mill-kampjonat tal-ewwel divizjoni li saret fi tmiem il-gimgha St Lawrence Spurs kisbu double fuq SK Victoria Wanderers f’konfront dirett minn naha t’isfel fil-klassifika. B’din ir-rebha St Lawrence telghu fil-hames post fil-klassifika u ghamlu pass importanti fl’ambizzjoni taghhom li jzommu posthom fl’ghola divizjoni ghal zewg staguni konsekutivi ghal ewwel darba fl-istorja tal-klub. SK Victoria Wanderers dehru ahjar mill-avversarji matul l-ewwel nofs siegha loghob izda naqsu li jkunu precizi fil-konkluzjonijet taghhom permezz ta’ Sunday Baala, Joel Xuereb u Eman Bugeja filwaqt li l-gowlkeeper Joseph Grima kien ferm attent b’bosta interventi importanti. St Lawrence, li kellhom lil William Barbosa jilghab f’pozizzjoni ferm aktar avanzata mis-soltu, bdew jzidu fil-loghob lejn l-ahhar hinijiet tal-ewwel taqsima u fethu l-iskor permezz ta’ xutt tajjeb ta’ Cedric Sciberras wara li ircieva ballun fil-kaxxa. Victoria wiegbu bi free kick ta’ Eman Bugeja li ghadda barra izda fil-hames minuta loghob tat-tieni taqsima St Lawrence irduppjaw b’xutt mill-isbah minn barra l-kaxxa ta’

William Barbosa. St Lawrence bdew juru l-ahjar ideat u komplew ikunu aktar perikoluzi mill-avversarji fejn kellhom ukoll gowl ta’ Matthias Uzor, li ha rebawnd minghand il-gowlkeeper, li kien imhassar ghal offside. William Barbosa kabbar il-vantagg b’gowl iehor li wasal fit-tnejn u sittin minuta meta l-ewwel kellu xutt li kien parzjalment salvat mill-gowlkeeper Branko Vrndic u mill-istess azzjoni xehet fil-lasti b’xutt fil-baxx. Minuta wara l-Wanderers irnexielhom jnaqqsu l-iskor meta r-referee Martin Borg ordna penalty ghal fowl fuq Sunday Baala u l-istess attakant gheleb lil gowlkeeper bix.xutt mill-ispot kick. Il-Wanderers setghu dahlu fil-partita fis-sebghin minuta izda xutt ta’ Matthew Zammit kien salvat f’korner mill-gowlkeeper Joseph Grima. St Lawrence komplew jzommu kontrol tal-loghob sa tmiem il partita u f’zewg okkazjonijiet Matthias Uzor setgha kabbar l-iskor izda huwa kellu xutt li spicca mal-minduda u f’okkazjoni ohra kellu l-konkluzjoni li spiccat mal-genb tax-xibka.

 

B’dawn ir-rizultati fil-klassifika Nadur Youngsters issa ghandhom erbgha u tletin punt u baqghu minghajr telfa wara tnax il-loghba tal-kampjonat, Xewkija Tigers tminja u ghoxrin, Kercem Ajax dsatax, Victoria Hotspurs sbatax, St Lawrence Spurs telghu ghal tnax il-punt, Oratory Youths hdax, SK Victoria Wanderers tminja u fl-ahhar post Sannat Lions b’zewg punti. Xewkija Tigers, Kercem Ajax, Oratory Youths u Sannat Lions ghandhom loghba anqas li jirkuprawha f’zewg loghbiet li jsiru s-sibt fil-Gozo Stadium.





Leave a comment