- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Futbol f’Ghawdex: Gozo Stadium Kampjonat GFA l-ewwel divizjoni

Posted By Sportinmalta On November 14, 2014 @ 12:58 am In Featured,Football,Youth Football | No Comments

Fl-ewwel loghba mill-ahhar gurnastata tal-ewwel rawnd tal-kampjonat Ghawdxi Melita tal-ewwel divizjoni l-leaders Nadur Youngsters kisbu rebha bl-iskor ta’ wiehed b’xejn konta SK Victoria Wanderers f’loghba li zvolgiet f’konfront aktar difficli milli istenni ghal Youngsters. Nadur dehru xi ftit kunfidenti zzejjed u l-Wanderers aproffitaw sabiex qasmu l-loghob mal avversarji izda iz-zewg timijiet ftit holqu periklu serju lejn il-lasti rispettivi matul l-ewwel taqsima. Nadur skurjaw il-gowl li ddecieda l-partita fit-tnejn u hamsin minuta meta l-gowlkeeper ta’ Victoria Branko Vrndic salva bla ma zamm xutt ta’ Claudio Antunes u Milos Stojanovic mir-rebawnd bir-ras xehet f’lasti vojta. Il-Wanderers, li ghal din il-loghba kienu minghajr l-attakant Sanz Ortiz peress li huwa mwegga, ipruvaw jwettqu reazjoni izda kienu daghfa fl-attak u l-ahjar okkazjonijiet li jsalvaw il-partita waslu minn azzjonijiet ta’ korner izda fl-ewwel okkazjoni Sam Frank Bajada bir-ras ikonkluda barra u fl’okkazjoni l-ohra tentativ ta’ Lauran Dimech kien imblukkat mid-difiza.

Ic-champions Xewkija Tigers zammew il-pass ma’ Nadur Youngsters u kisbu rebha ta’ wiehed b’xejn fil-loghba kontra Victoria Hotspurs, biex b’hekk Xewkija rkupraw mit-telfa li garbu fil-konfront dirett kontra Nadur. Il-Hotspurs ipruvaw jakwistaw xi punti minn dan il-kinfrint u matul l-ewwel taqsima kellhom okkazjonijiet li setghu kienu sfrutati ahjar minn Rodney Buttigieg u Filipe Caldeira, filwaqt li fl-ahjar azzjoni ta’ skor ghal Xewkija matul l-ewwel taqsima tentativ bir-ras ta’ Daniel Sakic ghadda gholi. Bis-sebgha u hamsin minuta Victoria spiccaw jilghabu b’ghaxar plejers meta Jason Pace tkecca wara li gie muri t-tieni karta safra u Xewkija hadu vantagg u bdew jzidu l-pressjoni fuq id-difiza avversarja. Il-gowlkeeper tal-Hotspurs Matthew Vella kellu interventi tajba biex cahhad lil Kenneth Mercieca, Dene Shields u Daniel Bogdanovic milli jifthu l-iskor. Xewkija izda irnexielhom jiskurjaw fl-erbgha u tmenin minuta meta d-difiza ta’ Victoria naqset li tiklerja free kick ta’ Alex Simoncic minn quddiem il-lasti sabiex aprofitta Dene Shields li mill-vicin ikonkluda fil-lasti. Il-Hotspurs ipruvaw jsalvaw il-partita b’konkluzjonijiet ta’ Michael Bezzina u Ferdinando Apap izda fit-tielet minuta ta’ hin moghti zejjed Xewkija kellhom opportunitia li jisigillaw ir-rebha meta r-referee Glenn Tonna ordna penalty wara li Dylan Mercieca mess il-ballun b’idu fil-kaxxa wara azzjoni personali ta’ Daniel

Bogdanovic izda x-xutt ta’ Dene Shields mill-ispot kick kien salvat mill-gowlkeeper Matthew Vella u l-istess gowlkeeper imblokka ghal korner ix-xutt ta’ Chris Camilleri mir-rebawnd.

Kercem Ajax zammew it-tielet post fil-klassifika bil-punti miksuba minn rebha ta’ tnejn b’wiehed kontra Sannat Lions. Kercem kellhom supremazzija fil-grawnd ghal hinijiet twal izda Sannat idefendew tajjeb u holqu okkazjonijjet fejn setghu ukoll jiksbu tal-anqas punt minn dan il-konfront. Matul l-ewwel taqsima iz-zewg timijiet holqu xi azzjonijiet fejn setghu jifthu l-iskor. Kercem kienu perikoluzi b’konkluzjonijiet ta’ Andrew Mizzi u Ian Xuereb filwaqt li l-ahjar okkazjoniet ta’ skor ghal Sannat wasslu b’tenativi ta Josiah Buttigieg u Eric Nwankwo. Fil-hamsin minuta Sannat setghu fethu l-iskor izda x-xutt ta’ Eric Nwankwo kien salvat f’zewg attentati mill-gowlkeeper ta’ Kercem. Hames minuti wara Kercem gew moightija penalty gha fowl ta’ Andrew Debono fuq Andrew Mizzi u Anderson Ribeiro fetah l-iskor bix-xutt mill-ispot kick. Kercem ziedu fil-loghob u wara li l-gowlkeepr ta’ Sannat wettaq interventi tajba wara konkluzjonijiet ta’ Jean Paul Mizzi u Ian Xuereb, fit-tminja u sittin minuta Andrew Mizzi irdoppja ghal Kercem b’xutt sabih minn barra l-kaxxa. Sannat tilfu opportunita li jnaqqsu l-iskor ftit wara meta Fernando de Andrade naqas li jikonkludi fil-lasti wara li kein seraq ballun lil gowlkeeper izda l-istess attakant Braziljan skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni ghal Sannat b’lob mill-vicin fid-disa u tmenin minuta.

Fl-ahhar loghba tal-ewwel rawnd tal-kampjonat Oratory Youths u St Lawrence Spurs kisbu punt kull wiehed wara li l-konfront spicca fi draw ta’ tlieta bi tlieta. Oratory hargu ahjar mill-avversarji u fethu l-iskor mal-kwarta loghob b’konkluzjoni ta’ Thiago Dos Santos. Fit-tlieta u ghoxrin minuta Oratory tilfu opportunita li jirduppjaw izda Shaun Attard kellu zewg tentativi mblukati mill-gowlkeeper u finalment gholla fuq il-minduda minn qaghda tajba. Il-Youths pattew ghal dan l-izball u St Lawrence irnexielhom jdawwru r-rizultat favur taghhom. Christopher Cauchi kein bla dubju l-protagonista f’din il-fazi tal-partita ghaliex huwa kiseb id-draw ghal St Lawrence fis-sitta u ghoxrin u wara li kellu gowl imhassar fid-disgha u ghoxrin minuta l-istess attakant pogga lil iSpurs fil-vantagg b’gowl li wasal fl-erbgha u tletin minuta. St Lawrence baqghu jkunu aktar perikoluzi mill avverarji izda fl-erbgha u hamsin minuta Oratory kisbu l-gowl ta’ draw b’konkluzjoni ta Shaun Attard wara azzjoni

tajba ta’ Mark Camilleri. St Lawrence kellhom tentativ ta’ Mambaye Boye fit-tminja u hamsin minuta li spicca mal-lasta filwaqt li mal-hin il-loghba saret ferm aktar movimentata b’azzjonijiet tajba fuq iz-zewg lasti. Oratory regghu marru fil-vantagg fil-wiehed u tmenin minuta b’gowl ta’ Thiago Dos Santos wara li kien ircieva minghand Shaun Attard izda fl-ewwel minuta ta’ hin mizjud St Lawrence gew premjati tal-isforzi taghhom ghaliex kisbu l-gowl ta’ draw b’konkluzjoni bir-ras tad-debutant Cedric Scibberras.

B’hekk meta kull tim laghab is-sebgha loghbiet tal-ewwel rawnd tal-kampjonat Melita tal-ewwel divizjoni, fil-klassifika Nadur Youngsters jinstabu wahidhom fl-ewwel post b’dsatax il-punt, Xewkija Tigers sittax, Kercxem Ajax tlettax, Oratory Youths hdax, SK Victoria Wanderers u Victoria Hotspurs sebgha punti kull wiehed, St Lawrence Spurs hamsa u fl-ahhar post Sannat Lions b’punt.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/futbol-fghawdex-gozo-stadium-kampjonat-gfa-l-ewwel-divizjoni/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.