Fusion jaqsmu l-ewwel post b’logħba iktar

Monday, February 24, 2020, 20:30

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Fusion 91

Depiro 78

(19-15)(24-7)(19-21)(29-25)

Fl-uniku partita mill-kampjonat, Fusion żammew il-pass mat-timijiet ta’ fuq meta għelbu lil Depiro 91-78. Dawn iż-żewġ timijiet ma kienux iltaqgħu fl-ewwel round għaliex Depiro kienu ħadu walkover però Fusion eleminaw lil Depiro fin-Knock-out. Kienu Fusion li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 10-2 bi trippla ta’ Nikola Bozovic. Depiro kellhom trippla minn Miguel Brincat flimkien mal-punti ta’ Andy Attard u Myron Agius biex naqqsu d-distakk għalkemm basket minn Petar Ilic għalaq it-taqsima favur Fusion 19-15. Fit-tieni perjodu Depiro reġgħu waslu sa’ punt ‘l bogħod wara baskets minn Darryl Pisani. Hawn Fusion kellhom run ta’ 10-0 bi trippla minn Nenad Trajkovic. Brincat għamel żewġ trippli oħra għal Depiro però bejniethom Fusion kellhom sitt punti oħra u daħlu jistrieħu 43-32 minn fuq. Fit-tielet taqsima Depiro fetħu tajjeb bil-punti ta’ Nenad Rosic u trippla oħra ta’ Brincat. Fusion irkupraw u għaqqdu break ta’ 13-0 bi trippla oħra ta’ Trajkovic. Depiro ma ċedewx u ġew lura bi break ta’ 12-0 biex il-partita baqgħet bilanċjata għalkemm Fusion kienu għadhom 62-53 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Depiro waslu sa’ 8 punti ‘l bogħod wara baskets minn Attard u Chris Bevin. Iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin għal xi ħin u kien biss lejn it-tmiem li Fusion għamlu run ta’ 9-0 li tathom vantaġġ sostanzjali li baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 91-78.

Fusion: N. Bozovic 27, A. Veselinovic 22

Depiro: M. Brincat, N. Rosic 21





Leave a comment