Fusion fit-tieni post wara żewġ rebħiet

Monday, January 27, 2020, 19:32

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Fusion 99

Starlites GIG 63

(27-11)(17-18)(31-12)(24-22)

F’partita fejn l-aktar li spikka kien in-numru għoli ta fouls, 52, Fusion għelbu lil Starlites 99-63 fejn huma kellhom bidu qawwi u għalkemm Starlites żammew il-pass speċjalment fit-tieni u r-raba’ taqsima Fusion kellhom kontroll tal-partita. Huma bdew b’run qawwija ta’ 19-0 b’diversi punti ta’ Nikola Bozovic fosthom trippla flimkien ma’ Petar Ilic u David Garcia. Starlites waqqfuhom bl-ewwel basket ta’ Mirco Azzopardi u kellhom ukoll trippla minn Miguel Vella però Fusion wieġbu permezz ta’ Antonio Ivankovic għal skor ta’ 27-11. It-tieni taqsima kienet aktar bilanċjata fejn wara li Fusion għamlu l-ewwel sitt punti, Starlites kellhom risposta bi break ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Miguel Fabri li żied oħra aktar tard fit-taqsima. Wara punti minn Bozovic, Fusion daħlu jistrieħu 44-29 minn fuq.

Fit-tielet taqsima reġa’ kien hemm bidu qawwi minn Fusion partikolarment b’runs ta’ 14-3 u 13-2 fejn huma fetħu vantaġġ ta’ 33 punt 75-41. Huma kellhom il-punti minn Alex Veselinovic u trippla ta’ Nebojsa Komienic fost l-oħrajn. L-aħħar taqsima kienet ukoll bilanċjata u ta’ skor għoli fejn saru 46 punt. Għal ħin twil iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin però Fusion kellhom vantaġġ komdu biex rebħu l-partita 99-63.

Fusion: N. Bozovic 30, A. Veselinovic 15

Starlites: M. Fabri 17, M. Azzopardi 14

Depiro 63

 

Mellieħa Libertas 91

(15-30)(22-21)(12-15)(14-25)

Mellieħa reġgħu lura fl-ewwel post wara li rritornaw għar-rebħ kontra Depiro 91-63 fl-ewwel konfront bejniethom dan l-istaġun. Mellieħa kellhom lura lil Alex Perunicic u Miguel Costa u Depiro kienu mingħajr Daniel Massa. Mellieħa ħadu l-inizjattiva sa’ mill-ewwel ħinijiet tal-partita fejn marru 20-6 minn fuq wara sensiela ta’ punti speċjalment minn Christian Briffa u Emanuel Lupo. Depiro kellhom trippli minn Marko Zloh u Mert Cicktepe però Mellieħa fetħu vantaġġ doppju sa’ tmiem l-ewwel taqsima 30-15. Fit-tieni taqsima Depiro qasmu l-logħob u kellhom ukoll it-three pointers minn  Zloh u Cicktepe flimkien mal-Amerikan Chris Bevin però l-vantaġġ Mellieħi baqa’ komdu hekk kif Briffa kompla għaddej bil-punti tiegħu. Huma kellhom ukoll trippla minn Robert Loporto u baskets minn Nenad Stojanovski biex daħlu jistrieħu 51-37 minn fuq.

Wara l-intervall, l-partita bdiet b’sitt punti fuq kull naħa bil-Mellieħa jkomplu bi break qasir ta’ 7-0. Depiro rrispondew bi trippla oħra ta’ Zloh flimkien ma’ Rueben Curmi għal skor ta’ 66-49. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima Mellieħa żiedu l-vantaġġ bi tlett trippli u aktar ‘l quddiem b’run ta’ 11-2 biex rebħu l-partita 91-63.

Depiro: M. Zloh 13, C. Bevin 13

Mellieħa: C. Briffa 22, A. Perunicic 16

Fusion 93

 

Pyrinto 47

(18-13)(22-13)(29-10)(24-11)

Fusion kisbu t-tieni rebħa fi spazju ta’ jumejn hekk kif fl-ewwel partita bejn żewġ timijiet barranin f’kampjonat Malta huma għelbu lil Pyrinto 93-47 fejn iż-żewġ timijiet kellhom biss seba’ players kull wieħed. Fusion marru 11-2 minn fuq bi trippla ta’ David Garcia. Pyrinto kellhom il-punti tad-debuttant Rytis Rutbauskas li kien l-aktar player perikoluż tagħhom tant li spiċċa b’20 punt. Pyrinto resqu viċin wara trippla ta’ Jussi Haapaniemi però Fusion temmew il-perjodu 18-13 minn fuq. Fit-tieni sessjoni iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin qabel ma Fusion għamlu run ta’ 14-5 biex temmew it-taqsima 40-26 minn fuq.

Wara l-intervall, reġa’ kien hemm bilanċ fl-ewwel minuti hekk kif Nikola Bozovic u Rutbauskas rrispondew lil xulxin. Hawn però Fusion għaqqdu run oħra ta’ 20-5 fejn Garcia kiseb trippla oħra flimkien ma’ Bozovic, Petar Ilic u Igor Marjanovic għal skor ta’ 69-36. Fl-aħħar sessjoni Fusion bdew b’żewġ three pointers oħra minn Garcia u Enrici Lanzi. Pyrinto għamlu sitt punti mingħajr risposta qabel ma Fusion għalqu l-partita b’run ta’ 14-0 biex ħarġu rebbieħa 93-47.

Fusion: D. Garcia 31, N. Bozovic 16

Pyrinto: R. Rutbauskas 20, M. Kujanpelto 10

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Mellieha

6

5

1

11

526

382

Fusion

6

4

2

9

453

348

Hibs

5

4

1

9

429

345

Gżira Athleta

6

2

4

8

411

419

Depiro

5

3

2

8

219

248

Starlites GIG

5

1

4

6

378

461

Pyrinto

5

0

5

4

174

387

Depiro 2 walkovers vs Pyrinto,Fusion

 





Leave a comment