Fusal: Siġġiewi jwaqqfu l-ġirja ta’ Mellieħa, it-tim nazzjonali Malti fl-azzjoni

Monday, December 1, 2014, 22:12

Siġġiewi ħolqu waħda mill-ikbar sorpriżi fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Futsal meta għelbu lil-liders Mellieħa bl-iskor ta’ 5-1.

Mellieħa li kienu bla telfa wara tmien logħbiet, ġew sorpriżi mill-avversarji Siġġiwin illi skurjaw ħames gowls fl-ewwel taqsima sabiex wittew it-triq għal rebħa bla ħsieb.

Mellieħa naqsu l-marġni tal-iskor ftit minuti minn tmiem l-ewwel 20 minuta.

Fit-tieni taqsima, Mellieħa daħħlu lil Nikolay Filipov sabiex imorru fuq l-offensiva iżda minkejja l-pussess kontinwu tal-ballun sabu lid-difiża tas-Siġġiewi ferm organizzata.

F’partita oħra Luqa telgħu fir-raba post tal-klassifika meta għelbu lil Birżebbuġa 5-2.

F’riżultati oħra: Sirens għelbu lil Mdina Knight 7-3, Msida rebħu 3-0 lil Qrendi filwaqt li Attard u Mqabba spiċċaw fi dro ta’ 4-4.

Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni, Mellieħa xorta baqgħu l-ewwel b’24 punt segwiti minn Lija Athletic li b’logħba inqas minnhom għandhom 21, Naxxar b’19 u Luqa bir-rebħa li kisbu telgħu fir-raba’ post bi 18-il punt.

Intant fi tmiem din il-ġimgħa, it-tim nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Mark Marklow, se jieħu sehem f’turnament Internazzjonali mas-Serbja u Ġibiltà.

Is-Sibt 29 ta’ Novembru fis-6:30pm

Malta vs Serbja

Il-Ħadd 30 ta’ Novembru fis-6:30pm

Serbja vs Ġibiltà

It-Tnejn l-1 ta’ Diċembru fis-6:30pm

Malta vs Ġibiltà

Il-logħob kollu se jintlagħab fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.





Leave a comment