Funrace organised by the Gozo Motocross Association

Wednesday, October 12, 2016, 18:53

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Gozo Motocross Association has published its calendar for the season 2016/2017. First event of the season was a FUNRACE that took place at Ta’ Xhajma Track amidst hot temperatures and very dry  surroundings.

In Class A, winner of Best Rider 2015/16, Mario Cauchi challenged Maltese rider David Dimech on his CRF 450cc. They were followed closely by Robert Spiteri on a YZF 250cc. All three heats presented an exciting spectacle to the MotoX fans who watched on with great interest. Another Maltese rider Gethro Apollo together with Gozitan Steve Xuereb were also in Class A as were newcomers Adam Sultana and Matthew Mercieca.

In Class B, Nataniel Camilleri, Keith Bugeja and Maltese rider William Apollo added to the excitement as Jorn Stellini, 2015/16 champion in Class C  and Matthew Zammit, 2015/16 champion in Class B  fought for 1st place.

In Class C,  Anthony Fenech challenged Daniel Camilleri while Steve Cassar, Raymond Caruana and Mark Camilleri also concluded the three heats in this category.

The results of the day are as follows:

CLASS A

1.Mario Cauchi
2.David Dimech
3.Robert Spiteri

CLASS B

1. Matthew Zammit

2. Jorn Stellini

3. Nataniel Camilleri

CLASS C

1.Daniel Camilleri

2. Anthony Fenech

3. Mark Camilleri

Each winner was awarded a trophy each.

Meanwhile the Gozo Motocross Association wishes to announce that the Gozo Motocross Championship 2016/17 will commence on Sunday, 30th October 2016.

More FunRaces and other events such as Enduro and Trials will be taking place during this exciting 2016/17 season. New riders are always welcome.

One can also visit the Facebook page to view the calendar of events.

————————————————————————————————————————————————————-

Illum, 9 t’Ottubru 2016, il-Gozo Motorcross Association organizzat l-ewwel avveniment tagħha fit-trekk ta’ Xhajma.

Taht xemx tiżreġ, is-sewwieqa li kienu 17 b’kollox kellhom taqtiegħa kiefra minħabba l-elementi tas-sħana u tal-arja mimlija trab. Minkejja dan kollu, kull wieħed minnhom ħadem bla heda ħalli f’dawn l-ewwel tlielaq organizzati mill-organizzazzjoni, juri ħila determinanti u sportiva kontra l-avversarji tiegħu.

Illum saret l-ewwel minn tliet FUNRACES li hemm ippjanati għal matul l-istaġun.  Kienu tlieta l-klassijiet li ddominaw il-ġurnata, Klassi A, B u Ċ.

Fi klassi A rajna lil Mario Cauchi, rebbieħ tal-aqwa sewwieq matul l-istaġun 2015/16 jissielet u jistinka biex iżomm postu fuq quddiem hekk kif kien mhedded mill-abbilita’ u ħila ta’ David Dimech, sewwieq Malti li huwa familjari sew fit-trekk tal-Gozo Motocross Association. Warajhom segwa Robert Spiteri bil-mutur tiegħu YZF 250cc. Erġajna rajna r-ritorn ta’ Adam Sultana u Matthew  Mercieca. Magħhom ingħaqad Malti ieħor Gethro Apollo kif ukoll Steve Xuereb.

Fi Klassi B rajna taqtiegħa sħiħa bejn Jorn Stellini, Champion 2015/16 li minn klassi Ċ ġie promoss għall Klassi B u Matthew Zammit, Champion 2015/16 fi Klassi B. Huma kienu akkumpanjati minn William Apollo, Nataniel Camilleri u Keith Bugeja li lkoll taw wirja tajba ħafna f’din il-klassi.

Daniel Camilleri u Anthony Fenech ukoll issieltu għal-ewwel post fi klassi Ċ, b’Camilleri jispiċċa l-ewwel post. Steve Cassar, Raymond Caruana u Mark Camilleri kienu sewwieqa oħrajn f’din il-klassi.

Għalhekk ir-rizultati ta’ din il-ġurnata huma dawn:

CLASS A

  1. Mario Cauchi
  2. David Dimech
  3. Robert Spiteri

CLASS B

1. Matthew Zammit

2. Jorn Stellini

3. Nataniel Camilleri

CLASS C

Daniel Camilleri

2. Anthony Fenech

3. Mark Camilleri

Fit-tmiem l-avveniment, r-rebbieħa ġew mogħtija trofew kull wieħed.

Il-Gozo Motocross Association tibda l-kampjonat tagħha Nhar il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2016.

Minbarra li matul l-istaġun jiġi organizzat il-Kampjonat u  aktar FunRaces, hemm ippjanati tlielaq Enduro u anke Trials.

L-assoċjazzjoni tħeġġeġ aktar sewwieqa u dilettanti biex jattendu u jippartecipaw f’dan l-isport.

Għal aktar tagħrif wieħed għandu jżur il-paġna tal-Facebook.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-





Leave a comment