FTUĦ TA’ L-ISTAĠUN TAT-TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL

Tuesday, January 16, 2018, 7:05

Nhar il-Ħadd li ġej jingħata bidu għall-istaġun tat-tiġrijiet lokali bi programm li żgur għandu jiġbed folla kbira lejn il-korsa tal-Marsa.

Wara li s-sena l-oħra kienu saru żewġ tiġrijiet bil-vantaġġ għat-titlu ta’ MRC Champion Trotter din is-sena ġie deċiż li isiru ħames finali, waħda għal kull klassi, fejn it-tluq ikun wieħed bil-karozza fuq distanza ta’ 2140m.

Għal dawn il-finali ġew mistiedna biex jipparteċipaw l-aktar 12 il-żiemel konsistenti f’kull klassi skond il-klassifika tal-punti għas-sena 2017 biż-żwiemel jipparteċipaw fil-klassi li jinsabu fiha attwalment.

Il-premjijiet ta’ dawn il-finali huma attrajenti u globalment ilaħħqu s-somma ta’ €9730 u ser jingħataw ukoll trofej lis-sidien taż-żwiemel li jispiċċaw fl-ewwel 4 postijiet ta’ kull tiġrija.

Il-ġimgħa li għaddiet il-Kunsill tal-Malta Racing Club ħabbar ukoll il-programm ta’ tiġrijiet għall-ewwel parti ta’ l-istaġun filwaqt li qed jagħti dehra ġdida il-faċċata tal-programm uffiċjali tat-tiġrijiet.





Leave a comment