Ftuh ikkulurit tar-Regatta Water Festival

Tuesday, September 3, 2013, 9:19

Ilbieraħ sar il-ftuħ uffiċċjali tar-Regatta Water Festival b’mod differenti minn kif kien isir fil-passat. Dan il-ftuħ kien jinvolvi l-In Guardia li għamlet spettaklu minn fuq id-dgħajjes tal-pass li telqu mill-Birgu u spiċċaw l-Isla. Fi tmiem dan it-traġitt huma għamlu spettakklu kkulurit li ġibed il-kurżità ta’ bosta persuni li għandhom għal qalbhom din it-tradizzjoni.

 Din hija l-ewwel sena fejn sar dan l-ispettaklu, li jorbot sewwa mat-tradizzjoni tar-regatta peress li din taf il-bidu tagħha minn żmien il-kavallieri.

 F’din iċ-ċerimonja saret serata qasira li matulha s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, ippreżenta tifkira lir-rappreżentanti tas-seba’ klabbs tar-regatta.





Leave a comment