Ftit risposti!

Tuesday, April 6, 2010, 6:30

minn Josef Galdes

Risposti lill-qarrejja ta’ din il-website dwar l-artiklu fuq il-kontroll ta` Lautier li ktibt jien fuq dan is-sit kif ukoll dwar il-kummenti li għaddejt waqt il- partita. L-ewwelnett jekk tippermettuli xtaqt nirringrazzja lil kull min qara l-artiklu, b`mod speċjali lil min ħalla xi kummenti, kemm jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi.

Xtaqt pero`nistaqsi ftit mistoqsijiet: Kull ġurnalist li jeżisti u li jagħmel xogħlu sew, jikkritika. F`Malta jekk tikkritika supporter jew membru tal-kumitat, player jew coach hija xi ħaġa normali. Jekk tikkritika referee qisek għamilt sagrileġġ. Taħsbu li dan huwa sew? Xtaqt ngħid ukoll li għal kuntrarju li taħsbu intom il-partitarji kemm Noel Turner kif ukoll Jesmond Zerafa qablu li l-kontroll tar-referee Lautier ma kienx tajjeb għaż-żewġ timijiet u dan qaluh waqt il-konferenza stampa ta’ wara l-partita. Zerafa qalli wkoll li għandi dritt nikkritika dak li naħseb li mhux tajjeb u qabel miegħi li Qormi m’għandhom bżonn l-għajnuna ta’ ħadd biex jirbħu l-partiti. Tant hu hekk li fiż-żewġ partiti preċedenti Qormi dejjem rebħu lis-Sliema.

Għandkom tkunu tafu wkoll li jien lil Lautier qatt ma għidtlu li hu injorant, ħalliel jew xi aġġettiv iehor. Fit-titlu ktibt injorant għax kien il-coach tas-Sliema li qallu hekk, u ta’ dan safa mkeċċi. Min iħobb il-partita tal-football u jisma’ l- kummentaturi barranin żgur li jismagħhom jikkritikaw lir-referees, speċjalmet dawk Taljani. Ikolli nammetti li kulħadd tiġih ġurnata ħażina, bħalma ġiet lil Lautier.

Għall-kronaka wkoll jien la nissimpatizza mas-Sliema u lanqas mal-Belt. Avolja hawn partitarji li jaħsbu hekk. Ftakru ftit! Meta s-sena l-oħra kont l-uniku ġurnalist li għedt li naħseb li se jieħdu l-kampjonat il-Hibs jien kont. Waqt li l-istaġun ta’ qabel ikkritikajt lis-Sliema…jien ukoll kont. Dan kollu għal min għandu memorja qasira jistaqsih lil players tal-klabbs konċernati!

Jekk nikkritika lil xi persuna partikolari fil-football mhux għax għandi xi ħaġa personalment lejn dik il-persuna partikolari, iżda għax inħobb il-football u nixtieq li nara progress f`kull qasam ta’ din il-partita f’pajjiżna. Bilħaqq! Jekk jien tajjeb għat-teleshopping u biex inbigħ iż-żraben bħal ma qalu xi wħud infakkarhom li l-pronostiċi li nagħmel ħafna drabi jkunu tajbin anki jekk ma taqblux miegħi.

Nixtieq inkun naf għala hawn min jaħseb li jien kummidjant! Forsi għax nghid il- verita`?? Kulħadd għandu għajnejh f`wiċċu u ra l-mod kif ġiet ikkontrollata din il-partita partikolari. Naqla’ libell jew daqtejn għax għedt il-verita`? Jew inkella għax qrast fil-laħam il-ħaj?

Ħbieb! Jien nieħu pjaċir li tikkritikawni jekk ma nogħġobkomx. Għandkom dritt. Biss ftakru li l-football huwa sports, l-isports jgħaqqad u mhux jifred. Min iħobb team u min iehor. Sakemm tkun kritika konstruttiva u ma tagħmilx ħsara personali naċċetta. Tiftakruhom lill-partitarji tal-Ħamrun u tal-Floriana jgħajtu fil-ground u jsemmu kunjomi. Saħansitra l-Ħamrun ħarġu diska fuqi. B`daqshekk x`ġara??? Ħbieb konna u sirna iktar. Lill-ġurnalist Sandro Micallef kien hemm il-Qriema u l-Beltin li kkritikawh u semmewh il-ground. B`daqshekk! Aħna l-ġurnalisti xogħolna nagħmlu u nitkellmu mingħajr passjoni. Abjad abjad u iswed iswed. Serrħu raskom li jekk ma niġux ikkritikati jfisser li mhux qed issegwuna, u hemmhekk ninkwetaw. Kollox ma kollox personalment naħseb li dwar dan il-konfront iktar kien hemm min qabel miegħi milli ma qabilx. Opinjonijiet!

Nixtieq nagħlaq billi nwieġeb lil min qal li r-referees sagrifiċċju jagħmlu biex fil- weekend imorru Ta` Qali u jikkontrollaw il-loghbiet. Vera ħabib għandek raġun, biss ngħidlek ukoll li kull ġurnalist imur fuq xogħlu. Ir-referees jagħmlu part time għax jaqilgħu €100 kull logħba. Żgur li l-ebda ġurnalist ma jaqla’ daqshekk!

Bilħaqq … bil-vjolenza ma ssewwu xejn!





7 Comments

  1. HAMRUNIZ says:

    KONT ADEK U TIBQA KUMIDJANT !! TAJD MA TIKUMENTAX PARTITA DAQS IT TALJANI U HALINAAAA TRIDA LI INT XI BRAVU IMMA FIL VERITA ………………………………..

    [Reply]

  2. Sean Scicluna says:

    Dwar il pronostici ma tantx taqta J. Galdes imma zgur li hadd ma ghandu dritt jirrikori ghall kliem tghajjir u vjolenza. Tal-Kumitati wiesq propabli li kull lobgha johorgu aktar min somma li jaqilghu ir-refs. :)

    [Reply]

  3. Christian Curmi says:

    Nixtieq nuri solidarjeta` mieghek jekk kien hemm min uza aggettivi mhux xierqa fid-direzzjoni tieghek. Onestament jien wiehed minn dawk li kkritikajt l-opinjoni tieghek, ghax ma qbiltx mieghek, imma nahseb li tkellimt b`mod xieraq. Ibqa` ghid u ikteb dak li tahseb, mhux bilfors naqblu, imma niehu gost nisma` l-opinjoni tieghek, mitt bniedem mitt fehma.

    [Reply]

  4. kevin says:

    Le galdes mintiex habib tal-hamrunizi

    [Reply]

  5. dumpy says:

    Josef vera artiklu bis-sens dan u prosit talli zammejt id-dekor tieghek mhux bhal xi nies li kitbu f’din is-site ! Ibqa` ikteb dawn il-kummenti u opinjoninijiet bis-sens. Josef kull ma nissugerikel hi li tikkalma ftit fil-kummentarju u tnaqqas ftit mill-ghajjat il-bqija kummentatur tajjeb hafna u wiehed li qed timpruvja season wara l-iehor.

    [Reply]

  6. Cityboy says:

    Jista jkun li galdes ma kellux ragun li ha taqghu imma nhar it-tlieta se taraw it-tazza ghaddejja minn hdejn l-iljun dritt ghal gol belt !!
    Come on whites

    [Reply]

  7. Green says:

    hadnija kontrik Sur Galdes ghax inti kont ghedt li il furjana ha jaqaw…. qedin 9 points fuq Msida!!! Kellek Ragun????

    [Reply]

Leave a comment