Ftit ilu giet fi tmiema it-3 tappa tal-kampjonat dinji ghal sewwieqa bis-serkin

Wednesday, August 16, 2017, 14:58

 

Ftit ilu giet fi tmiema it-3 tappa tal-kampjonat dinji ghal sewwieqa bis-serkin fejn 11 il-sewwieq hadu sehem fi 3 tigrijiet tal-pejsa u 2 tat-trot fil-korsa ta’ Georgian Downs Innisfil Ontario.

Din kienet l-aktar gurnata pozittiva ghas-sewwieq Noel Baldacchino li rnexxielu jispicca t-2, darbtejn it-3, is-7 u it-8 post biex akkumula 49 punt u ghalhekk tella total ta’ 90 li kienu bizzejjed ghalih biex javvanza 3 postijiet fil-klassifika generali u issa jinsab fis-6 post.

Ghada is-sewwieqa jergaw ikunu fl-azzjoni f’4 tigrijiet fil-korsa ta’ Hippodrome 3R Trois-Rivieres Quebec.

 





Leave a comment