FTEHIM TA’ SENTEJN MINN BAJADA NEW ENERGY MAL-KOM

Wednesday, April 1, 2015, 13:42

Bajada New Energy huma wieħed mill-isponsors il-ġodda tal-Kumitat Olimpiku Malti. Dettalji ingħataw waqt laqgħa mal-ġurnalisti mill-President tal-KOM Julian Pace Bonello li filwaqt illi tenna li l-koperazzjoni ma’ Bajada New Energy wittiet it-triq għal ippjanar fit-tul fil-preparazzjoni u tħejjija ta’ atleti zgħazagħ fi skema apposta għalihom flistess waqt il-ftehim mal-istess Kumanija huwa xhieda tal-fiducja li teżisti bejn iż-zewġ entitajiet. Pace Bonello kkonferma li permezz tal-ftehim ta’ sentejn se jibbenefikaw 87 atleta minn 21 assocjazzjoni nazzjonali.

Mark Bajada, Direttur Manigerjali ta’ Bajada New Energy filwaqt li tenna r-rwol tal-Kumanija fl-iżvilupp tal-ekonomija f’pajjiżna b’esperjenza ta’ 25 sena fis-settur ikkummenta li r-rabta mal-KOM hija l-ewwel waħda għal Kumanija fil-qasam tal-isport u jittama li din tati bidu għal relazzjoni mill-aqwa mal-għola awtorita’ tal-isport f’pajjiżna.

Il-Laqgħa mal-ġurnalisti kienet indirizzata minn Jonathan Vella, Direttur tal-Marketing tal-KOM li filwaqt li ta dettalji dwar x’wassal sabiex Bajada New Energy ikunu wieħed mill-partners ewlenin tal-KOM huwa kkonferma li l-ftehim li kien iffirmat waqt l-istess laqgħa mal-ġurnalisti huwa sal-2017.

Preżenti wkoll Flavio Cecchi , Kap Ezekuttiv u Robert Farrugia Kap tas-settur kummercjali ta’ Bajada New Energy.





Leave a comment