L-Isla jagħmlu double u tlieta in fila
Thursday, March 31, 2011, 16:23L-Isla irnexxielhom jirbħu x-Shield tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien għad-disa’ darba fl-istorja tagħhom hekk kif irreġistraw double billi rebhħu mhux biss l-Aggregate Shield l-iktar importanti dik tal-kategorija Open iżda rebħu wkoll kontra kull mistenni ix-Shield tal-kategorija B.
Permez ta’ qaddiefa ta’ isem bħal Rhys Fiteni, Lawrence Ciantar, Clayton Darmanin, Donald Gilford, Christian Aquilina, Gilmour Zammit, John Martin Mifsud u Dennis Thorton huma rnexxielhom iġibu fix-xejn l-isfida tal-Kalkara u Bormla, f’Regatta li ma tantx kienet akkanita għaliex ma kienx hemm oppożizzjoni denja għas-Senglejani.
L-attendenza mal-madwar tal-Port il-Kbir kienet fqira għajr għan-naħa tal-Isla fejn hemm kien hemm bħas-soltu ammont sabiħ ta’ nies fil-Ponta tal-Isla. Ir-Regatta din is-sena ma kinietx imxandra fuq l-ebda stazzjon televiżiv kontra għal dak li tesiġi l-Awtorita’ tax-Xandir li tirrikjedi li r-Regatta trid tixxandar minħabba li hi fil-lista tal-avvenimenti ta’ natura ta’ imporanza f’dan il-pajjiż.
L-Isla daħlu u rreġistraw punti hekk fil-kategorija Open: Tal-Midalji l-ewwel, Frejgatini t-tieni, ta’ Bi Tnejn it-tieni, Kajjikki l-ewwel u ta’ B’erba’ l-ewwel.
L-Isla rebħu wkoll il-kategorija B u għelbu l-isfida għar-rebħ tax-Shield ta’ Marsamxett li kienu viċin is-suċċess ukoll: Ta’ bi Tnejn l-ewwel, Kajjikki ir-raba’ (bla punti), Tal-Midalji l-ewwel, Frejgatini l-ewwel u ta’ b’Erba’ l-ewwel.
L-Ewwel Tiġrija – Dgħajjes tal-Pass b’żewġ imqadef (Kategorija B)
1 - Isla 7.10min
2. Birzebbugia
3. Marsamxett
(Birgu u Marsa skwalifikati u Bormla u Kalkara ma spiċċawx it-tiġrija)
It-Tieni Tiġrija – Dgħajjes A Tal-Midalji (Open)
1. Isla 5.10min
2. Bormla
3. Marsa
(4. Birgu, 5 Kalkara, 6 Marsamxett, Birzebbugia ma spiċċawx)
It-Tielet Tiġrija – Kajjikki (Kategorija B)
1. Marsamxett 7.16min
2. Bormla
3. Birzebbugia
(4. Isla, 5. Kalkara, 6. Birgu, 7. Marsa)
Ir-Raba’ Tiġrija – Frejgatini (Open)
1. Kalkara 7.30min
2. Isla
3. Bormla
(4. Marsa, 5. Birgu, 6. Marsamxett, Birzebbugia ma spiċċawx)
Il-Ħames Tiġrija – Dgħajjes A tal-Pass tal-Midalji ( Kategorija B)
1. Isla 5.15min
2. Marsamxett
3. Bormla
(4. Marsa, 5. Kalkara, Birgu skwalifikati u Birzebbugia ma spiċċawx)
Is-Sitt Tiġrija – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’żewġt imqadef (Open)
1. Kalkara 6.05min,
2. Isla
3. Birgu
(4. Bormla, 5. Marsa, 6. Marsamxett, 7 Birzebbugia)
Is-Seba’ Tiġrija – Frejgatini (Kategorija B)
1. Isla 7.42min
2. Marsamxett
3. Bormla
(4. Kalkara, 5. Birzebbugia, 6. Birgu, 7.Marsa)
It-Tmien Tiġrija – Kajjikki (Open)
1. Isla 6.47min
2. Bormla
3. Kalkara
(4. Marsa, 5. Birzebbugia, 6. Marsamxett, Birgu ma spiċċawx)
Id-Disa’ Tiġrija – Dgħajjes B tal-Pass b’erba’ mqadef (Kategorija B)
1. Isla 6.51min
2. Birgu
3. Marsamxett
(4. Marsa, 5. Birzebbugia, 6 Kalkara, 7.Bormla)
L-Għaxar Tiġrija – Dgħajjes B tal-Pass b’erba’ mqadef (Open)
1. Isla 5.34min
2. Bormla
3. Marsa
(4. Kalkara, 5. Birgu, 6. Birzebbugia, 7 Marsamxett)
Punteġġi tat-Tiġrijiet:
Tiġriġa Nru 1 – Dgħajjes Ċ tal-Pass. L-ewwel – 20punt, it-Tieni – 12 -il punt, it-Tielet – 6 punti
Tiġrija Nru 2 – Dgħajjes A tal-Midalji. L-ewwel – 20 punt, it-Tieni – 12 -il punt, it-Tielet – 6 punti
Tiġrija Nru 3 – Kajjiki. L-ewwel – 12 -il punt, it-Tieni 8 punti, it-Tielet - 4 punti
Tiġrija Nru 4 – Frejgatini. L-ewwel – 12 -il punt, it-Tieni 8 punti, it-Tielet - 4 punti
Tiġrija Nru 5 – Dgħajjes A tal-Midalji. L-ewwel – 20 punt, it-Tieni – 12 -il punt, it-Tielet – 6 punti
Tiġrija Nru 6 Dgħajjes Ċ tal-Pass. L-ewwel – 20 punt, it-Tieni – 12 -il punt, it-Tielet – 6 punti
Tiġrija Nru 7 Frejgatini. L-ewwel – 12 -il punt, it-Tieni 8 punti, it-Tielet - 4 punti
Tiġrija Nru 8 Kajjikki. L-ewwel – 12 -il punt, it-Tieni 8 punti, it-Tielet - 4 punti
Tiġrija Nru 9 Dgħajjes B tal-Pass. L-ewwel – 24 punt, it-Tieni – 16 -il punt, it-Tielet - 8 punti
Tiġrija Nru 10 Dgħajjes B tal-Pass. L-ewwel – 24 punt, it-Tieni – 16 -il punt, it-Tielet - 8 punti
Klassifika Finali
Kategorija B
Isla 76 punt, Marsamxett 46 punt, , Bormla 18 -il punt, Birzebbugia 16 -il punt, Birgu 16 -il punt
Kategorija Open
Isla 76 punt, Bormla 40 punt, Kalkara 36 punt, Marsa 14 -il punt, Birgu 6 punti
OPEN SCORE SHEET – REGATTA TA’ JUM IL-HELSIEN 2011 Il-Hamis, 31 ta’ Marzu 2011 |
|||||||
CLUB | 2 | 4 | 6 | 8 | 10 | TOTAL | |
BIRZEBBUGIA | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | |
BIRGU | 0 | 0 | 6 | 0 | 0 | 6 | |
BORMLA | 12 | 4 | 0 | 8 | 16 | 42 | |
KALKARA | 0 | 12 | 20 | 4 | 0 | 36 | |
MARSA | 6 | 0 | 0 | 0 | 8 | 14 | |
MARSAMXETT | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | |
SENGLEA | 20 | 8 | 12 | 12 | 24 | 76 |
KATEGORIJA ‘B’ SCORE SHEET – REGATTA TA’ JUM IL-HELSIEN 2011 Il-Hamis, 31 ta’ Marzu 2011 |
|||||||
CLUB | 1 | 3 | 5 | 7 | 9 | TOTAL | |
BIRZEBBUGIA | 12 | 4 | 0 | 0 | 0 | 16 | |
BIRGU | 0 | 0 | 0 | 0 | 16 | 16 | |
BORMLA | 0 | 8 | 6 | 4 | 0 | 18 | |
KALKARA | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | |
MARSA | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | |
MARSAMXETT | 6 | 12 | 12 | 8 | 8 | 46 | |
SENGLEA | 20 | 0 | 20 | 12 | 24 | 76 |

Edizzjoni speċjali tar-Regatta ta' Jum il-Ħelsien fuq Malta Stars fil-jiem li ġejjin (Ritratt Marlon Grima)

meta ha jtija it tigrija fuq malta stars? jekk aw xi hadd jejdli pls
[Reply]
Why pay TV licence when National TV does not show a twice a year event regatta
[Reply]
Thanks for the coverage. Could not go so I followed it here. Well done.
[Reply]
coverage buli
[Reply]
Its stupid that no channel is showing it!
[Reply]