Frans Deguara ikkonfermat ghal darba ohra President tal-ASMK

Wednesday, July 24, 2013, 12:37

Nhar il-Gimgha 19 ta Lulju 2013 l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat il-Laqgha Generali Annwali gewwa il-Kumpless Sportiv ta Hal-Kirkop bl-attenzjoni ta’ kullhadd kienet it-tellieqa ghal President tal-ASMK bejn il-President attwali Frans Deguara (nafuh bhal it-teacher) u Charlie Camilleri. Deguara rega gie ikkonfermat President ghas-sentejn li gejjin 55% tal-voti mitfuwa fil-waqt li Charlie spicca it-tellieqa 44% tal-voti mitfuwa.

Mhux normali ghal Ghaqda taghna li ma ssir l-ebda referenza fil-midja ta din it-tellieq importanti, imma kienet decizzjoni tal-Ufficjali li ma ssir l-ebda propaganda ghal din l-elezzjoni u dan sar wara li l-Ufficjali hassew li jekk il-President ghandu jirbah il-fiducja jirbah biss permezz tax-xoghol li ghamel tul l-ahhar zmienijiet. Dan jidher li gie ikkonfermat min veru mexxa l-Ghaqda il-quddiem. Frans li ghal kemm ilu jokkupa din il-kariga mill-1994 ir-rekords ta dak zmien taht tmexxija different qatt ma gew prezentati lil Ghaqda biex jinzammu fl-arkivji pero f’idejn l-Ghaqda hemm rekords li Frans dejjem okkupa din il-kariga mill-1998 min meta l-Amministrazzjoni prezenti hadet over ghal tmexxija ahjar.

Intant fil-jiem li gejjin il-membri ser ikunu qed jivvutaw biex jeleggu iktar karigi u il-Kumitati tas-Sezzjonijiet fi hdan l-ASMK. Mill-Kumitat Ezekuttiv sa issa gie Elett biss Charlie Camilleri li ilu jokkupa din il-kariga ta Assistant Kaxxier mill-istagun l-iehor, kif ukoll ir-Rapprezentanti tal-ASMK fil-Malta Motorsport Federation li ukoll kellna erba min nies li gew nominati ghal zewg karigi bhala Kumissarji fl-MMF. Kumissarju ghal Muturi Offroad gie elett Frans Deguara wara li rega kellu tellieqa ma Charlie  Camilleri filwaqt li l-Kumissarju ghal Karozzi Offroad gie elett Johann Pace wara li kellu tellieqa ma Godwin Martin.

Karigi li ghad irridu jigu ingaggati huma Vici–President li hemm zewg nomini mitfuha, dik ta’ Johnny Micallef li serva f’din il-kariga ghal divesi snin li se jkun qed itellaq ma Edward Ciantar. L-Assistant Segretarju hemm zewg nomini dik ta Francis Azzopardi li okkupa din il-kariga fl-ahhar sentejn mieghu fit-tellieqa ser ikun hemm Jonathan Sciberras. Ma dawn elezzjonijiet hemm ukoll elezzjoni ghal Kumitat tal-Autocross u tal-Motocross in-nominati biex tinghatalom il-kariga anke jekk ikun hemm nomina wahda kull kariga irrid igib iktar min nofs il-voti mifuwha. Il-votazzjoni mistenija issir fl-ahhar tal-gimgha diehla.





Leave a comment