Frank Camilleri bl-aħħar kelma dwar it-terremot riċenti fil-Basketball

Monday, March 14, 2011, 22:09

 Din t’hawn taħt hija ittra li l-ex Segretarju Ġenerali tal-Malta Basketball Association Frank Camilleri bagħat lill-media lokali wara li rriżenja b’mod defenittiv mill-Assoċjazzjoni tal-Basketball lokali.

L-ISVILUPPI LI SEHHEW FIL-BASKETBALL MALTI FL-AHHAR XHUR: IL-FATTI

L-EWWEL KAPITOLU

L-avvenimenti li sehhew fil-basketball Malti f’ dawn l-ahhar gimghat jistghu jghatu lil wiehed x’ jifhem bhala diffikultajiet kbar izda jien dejjem nipprova nhares min lenti posittiva u nahseb li dawn juri kemm il-basketball Malti huwa haj u b’ sahhtu.

L-MBA dejjem adottat policy li kemm jista jkun ma tikkumentax pubblikament sabiex ma tiehu l-ebda posizzjoni b’ mod partikulari li b’ xi mod tista tinftiehem li qed tiehu l-posizzjoni ta’ xi naha jew ohra. F’ dan il-kaz ukoll hekk gara u ma hadet l-ebda posizzjoni minhabba li kienu qed isiru diversi laqghat ta’ diversi bordijiet.

Bhalma jaf kulhadd jien tajt ir-rizenja tieghi it-Tlieta 2ta’ Marzu 2011 min Segretarju Generali tal-MBA wara hidma ta’ kwazi 19 il-sena. Tajjeb li l-media tkun informata bil-fatti kollha (dokumentati) u mhux oppinjoni jew wiehed x’ jista jahseb.

Frank Camilleri (Ritratt illum.com.mt)

Frank Camilleri (Ritratt illum.com.mt)

Kien f’ Gunju tas-sena 2010 meta l-Kunsill tal-President (PC) baghat proposti ta’ kif xtaq li jinbiedlu r-regoli tar-registrazzjoni. Huwa mportanti hafna li wiehed irid izomm quddiem ghajnejh li r-regoli kellhom jigu emendati minhabba li ma kienux konformi sa l-ahhar mar-regoli tal-Unjoni Ewropeja. Il-kunsill tal-MBA beda jiddiskuti ir-regoli l-godda fejn l-aktar punt importanti kien li jizdied in-numru ta’ players barranin li jigu registrati mal-clubs Maltin. Wara numru ta’ laqghat kien jidher evidenti li filwaqt li hafna clubs kienu jaqblu mas-sustanza ta’ dawn ir-regoli kien hemm ix-xewqa li dawn jigu adottati mill-istagun ta’ wara.

Dan il-hsieb tal-clubs gie konfermat kemm waqt il-laqghat li saru kif ukoll mill-Hon. David Agius, President tas-Siggiewi f’email li baghat lil MBA fl-20 ta’ Awwissu fejn informa lil PC li ghandu fil-pussess tieghu 7 emails min diversi clubs fejn qed jitolbu li dawn ir-regoli jigu applikabbli mill-istagun ta’ wara.

Fl-ahhar ta’ Awwissu il-Kunsill tal-President iltaqgha sabiex jiddiskuti l-ahhar sviluppi. Gie deciz li jemenda artikolu 45 tar-regoli tar-registrazzjoni fis-sens li kull club seta jirregistra player wiehed kif kienet ir-regola fl-istagun ta’ qabel. Aktar tard wara li beda l-istagun il-club tas-Siggiewi mmexxija mil-Hon. David Agius talab lil MBA sabiex jirregistra t-tieni player barrani fuq il-premessa li r-regoli tal-MBA ma jirriflettux ir-regoli tal-Unjoni Ewropeja. L-MBA irrifjutat li taghmel dan u wara numru ta’ laqghat u diskussjonijiet man nies koncernati sejhet laqgha ghat-18 ta’ Novembru fejn tablet lil clubs (peress li kien diga beda l-kampjonat) sabiex japprovaw mozzjoni fejn in-numru ta’ players barranin min wiehed jitilghu ghal tnejn b’ effett immedjat bil-kundizzjoni li jrid ikun hemm 4 players Maltin il-hin kollu fuq il-court. Din il-mozzjoni ma ghaddietx, l-ebda club ma ivvota favur. F’ din il-laqgha ir-rapprezentant tal-club tas-Siggiewi, l-Hon David Aguis iddikkjara li ma kienx qed jaqbel mal-mozzjoni u talab biex ir-regoli ta’ l-istagun ta’ qabel jibqghu japplikaw.

Il-gimgha l-ohra l-Hon David Agius rega kiteb lil MBA fejn talabha li thalli lil player Kodomaris jirregistra u jilghab mal-club tieghu. Din it-talba kienet imsahha min zewg ittri wahda li baghat l-MEP Simon Busuttil lil EU datata 29ta’ Novembru 2010 (11 il-gurnata wara li l-club tas-Siggiewi permezz tar-rapprezentant tieghu l-Hon David Agius ivvota kontra l-mozzjoni li izzid in-numru ta’ barranin fil-kampjonat Malti) u ohra min risposta tal-MEP Androulla Vassiliou responsabbli mill-isport datata 9ta’ Frar 2011 fejn qal li ser jinvestiga. Cert li l-pubbliku sportiv Malti kapaci jasal ghal konkluzzjonijiet tieghu.

IT-TIENI KAPITOLU

Il-club ta’ Siggiewi ghamel protest wara l-loghba kontra Luxol (il-fair play kien jitlob li jekk xi hadd kien jaf b’ dan in-nuqqas jinforma lill-awtoritajiet qabel) li nlaghbet fid-29ta’ Jannar 2011 bazat fuq il-fatt li l-kostituzzjoni tal-bord ta’ l-appelli ma kienet skond kif jitolbu r-regoli. Il-Kunsill tal-President acetta dan in-nuqqas u sejjah laqgha mmedjatament sabiex jigu approvati l-persuni li jistghu jpoggu fuq il-bordijiet mahtura mill-istess MBA.

Il-PC annulla is-sentenza tal-appell u appunta bord gdid sabiex jisma l-appell li kienu ghamlu il-club tal-Luxol mis-sentenza tal-kummissarju tad-dixxiplina. Wara li l-bord tal-appelli hareg bid-decizzjoni, l-MBA hatret il-bord ta’ protesti sabiex jisma l-protest maghmul min Siggiewi. Wara li harget is-sentenza tal-bord ta’ protesti, Luxol appellaw mis-sentenza u l-MBA laqghet bord iehor tal-appelli. Il-board iltaqgha fil-25 ta’ Frar 2011. Id-decizzjoni tal-bord kienet li r-rizultat tal-loghba ghandu jibqa jghodd ghaliex in-nuqqas tal-MBA li ma wahhlitx id-decizzjoni tal-board fuq in-notice board ma jimmeritax li r-rizultat jigi kancellat kif kien mitlub verbalment min Siggiewi. Tajjeb li wiehed izid jghid li l-MBA fuq parir li hadet kienet temporanjament issospendiet il-kompetizzjonijiet kollha sakemm jigu appuntati l-persuni fil-bordijiet skond ir-regolamenti u aktar tard tablet sabiex jitkompla l-loghob liema talba l-clubs ta’ Siggiewi, Depiro u Loyola rrifjutaw.

IT-TIELET KAPITOLU

Fil-kuntest ta’ dan kollu numru ta’ clubs hadu l-inizzjattiva sabiex jipprezentaw numru ta’ emendi ghall-Istatut sabiex fl-opinjoni taghhom jinghata aktar poter lil clubs. Dawn l-emendi ghaddew waqt il-lqagha generali straordinarja li saret fit-3ta’ Marzu 2011.

Fl-istess waqt numru ta’ membri tal-Kunsill tal-President hasbu li mhux possibli fic-cirkustanzi li jahdmu b’mod trankwil u ghalhekk ir-rizenjaw mill-kariga taghhom. Il-hatra ta’ membri godda saret fl-10 ta’ Marzu 2011.

L-AHHAR KAPITOLU

 Fl-ahharnett tajjeb li wiehed ukoll jghati harsa fejn wasal il-basketball Malti tul is-snin min meta t-team (li hafna minnu qed item il-hidma tieghu f’dawn il-granet) immexxi mil-President Antonio Mizzi ha it-tmexxija tal-MBA fl-ahhar tas-sena 1996.

Il-PC mill-ewwel beda jahseb sabiex ikattar il-popolarita tal-loghba gewwa Malta. Nieda l-iskema flimkien ma numru ta’ sponsors frjn kull skola giet moghtija par boards biex ikun jista jintlaghab il-basketball. Dahal fi ftehim mal-Federazzjoni Taljana sabiex fis-sena 1998 ippartecipa fil-kampjonat Taljan. Fis-sena 2002 lahaq ftehim ma wiehed mill-aqwa coaches Taljani sabiex jiehu hsieb is-settur femminili. Snin wara ghamel l-istess fis-settur maskili. Kulhadd jiftakar ir-rebha memorabbli li t-team tan-nisa ghamel f’ Malta waqt il-loghob tal-pajjizi z-zghar. Mill-1997 l-MBA tiftahar li ntrebhu 6 midallji tad-deheb, 2 tal-fidda u 7 tal-bronze. Zgur li l-ebda team sport iehor Malti ma rebah daqs dawn unuri.

Issa li ser nieqaf nixtieq qabel inhalli l-kariga nirringrazzja lil dawk kollha li matul dawn l-ahhar 19 il-sena ghenuni sabiex kont f’ posizzjoni li naqdi d-doveri tieghi bl-ahjar mod possibli. Lil Prim Ministru Lawrence Gonzi li kien l-uniku Prim Ministru li ghamel zjara fil-padiljun tal-basketball fis-sena 2008 u fehem il-bzonnijiet li ghandna u ta’ s-sehem tieghu biex inkunu nistghu intejbu l-facilitajiet tal-MBA. Nixtieq nirringrazzja b’mod partikolari lis-segretarju Parlamentari Clyde Puli li dejjem kien dispost ghat-talbiet tal-MBA u strumentali sabiex jintlahaq f’tiehem fuq l-immodernizzar tal-Padiljun, lil assistant tieghu Angelito Sciberras li huwa holqa mportanti fi hdan il-Ministeru, lic-Chairperson tal-KMS is-Sur Bernard Vassallo kif ukoll lis-CEO tal-KMS is-Sur Joe Cassar, lil membri tal-kunsill tal-Kumitat Olimpiku Malti u lil dawk kollha li hadmu mieghu matul dawn il-perjodu li ghamilt fl-MBA. Fl-ahhar u mhux l-anqas lil media kollha li tant sostniet u ghadha tghin lil MBA b’ kull mezz possibli.

Nawgura l-hidma t-tajba lil membri godda tal-kunsill fil-qadi ta’ dmijiriethom u nappella sabiex meta jaslu sabiex jiddeciedu jwarbu l-ghamad partiggjan tal-club taghhom. Hekk biss l-MBA tista timxi l-quddiem u thares lejn futur ahjar.

FRANK CAMILLERI

ex Segretarju Generali





1 Comment

  1. Jo Coleiro says:

    Grazzi ta’kollox Frank.
    Familja Coleiro.

    [Reply]

Leave a comment