Francesco Totti ippremjat minn Roma Club Malta għar-4 darba f’dawn l-aħħar 10 snin

Wednesday, March 7, 2012, 17:04

Dan l-aħħar delegazzjoni ta’ Roma Club Malta,immexxija mill-president Ray Sant kienet Ruma sabiex tassisti għad-derby tal-belt kapitali Taljana.Huma ħadu l-opportunità biex imorru Trigoria u jippremjaw lil Totti,bħala l-ahjar plejer romanista għall-istaġun 2010-2011. Id-diriġenti tal-klabb Malti apprezzaw ħafna l-karattru ferrieħi ta’ Totti,kif ukoll il-kariżma kbira li għandu.Il-plejer ikona ta’ Roma bagħat it-tislijiet tiegħu lill-partitarji Romanisti fi gżiritna.

Fl-istess ġurnata ġew mistiedna jattendu għall-ħames edizzjoni tal-Premio Sette Colli Giallorossi.Dan l-avveniment isir qabel kull derby,fejn jigu ppremjati eks plejers romanisti li kienu protagonisti fil-passat.

Sant kellu l-unur li ntgħażel biex jippreżenta ‘il Pallone Romanista’ lil Sergio Santarini,il-captain indimentikabbli ta’ Roma,li libes il-flokk ahmar u isfar għal 429 darba.

Ir-rappreżentanti ta’ Roma Club Malta żaru wkoll ‘Francesco Totti Soccer School’ li tinsab f’Longarina Sporting Center.Il-president ta’ Roma Club Longarina Giancarlo Cadolini spjegalhom fid-dettal kif tiffunzjona din l-akkademja tal-futbol.

L-unika nota qarsa tal-ġita ta’ Roma Club Malta kienet it-telfa immeritata li ġarbu r-Roma kontra l-Lazio.

http://www.forzaroma.info/roma-club/francesco-totti-premiato-per-la-quarta-volta-dal-roma-club-malta-65516

 

 





13 Comments

  1. M Azzopardi says:

    Totti simply d best.Roma fans are gr8,4 next year reward him again

    [Reply]

  2. Iola says:

    Nanna sabih ukoll! Inti min inti? Nahseb hadta wahdek ir-risposta nhar is-Sibt. Totti ma kienx fil-ground u r-Roma kien dizastru.Mela mhux Totti il-problema.Mela oqod kwiet joseph.Totti huwa l-ghira ta’ kullhadd.Ghandu kollox.Familja sabiha,flus,gustuz,karattru ezemplari u player formidabbli!!

    [Reply]

  3. Joseph says:

    miskom tisthu tatu prtemju lin-nanna totti..il-bierah l-anqas iccaqlaq.player spiccut

    [Reply]

  4. Mandy Stellini says:

    Well done ‘maestro’ Ray :p

    [Reply]

  5. Lawrence says:

    Totti bniedem tal-genn.Jien kont prezenti.Ghandu karattru ferriehi u veru down to earth.Trid tiltaqa mieghu biex temmen

    [Reply]

  6. Fleur says:

    toqodux tatu kaz lil jmifsud.Dan bilforz ma jifhimx fil-football.Players bhal totti,scholes,giigs,di natale ghadom sallum jaghmlu d-differenza.Good job ray u shabu u bravu l-Capitano :D

    [Reply]

  7. dan says:

    j mifsud taqax fil baxx u turix li ma segwix il futbol…fejn ma jilabux?? meta ma labx dejjem ghax kien mwegga il bqija dejjem first choice ghal coach!

    [Reply]

  8. Anton Demicoli says:

    Prosit Ray,i’m proud of you,f’Rome int iktar popular minn mr thomas di benedetto ha ha ha

    [Reply]

  9. jo says:

    Gie ipppremjat ghal dak li ghamel is-sena l-ohra u mhux li qed jaghmel din is-sena.
    Dan il Premju intrebah min bosta plejers differenti matul s-snin.
    Tajjeb li tkunu tafu li l-plejer li jirbah dan l-premju jigi vvutat f’iktar min darba wahda matul l-stagun u minn supporters dedikati li jarawl-loghob tar-roma kollhu u ghalekk ma jigix iggudikat minn xi hadd bhas-sur Mifsud li ma tantx jidher li jsegwi r-Roma.
    Grazzi
    J.Azzopardi

    [Reply]

  10. Sebastian says:

    Kolla ghejra din

    [Reply]

  11. J Mifsud says:

    Ara vera m’ghandkomx lill min tippremjaw biex tibqaw taghtu dan l-unur lill Totti

    [Reply]

    Supporter Reply:

    Tider li taf tarah lfootball siehbi. Ax player li ghandu 35 sena u lahjar attakant li ghandhom litalia.

    [Reply]

    J Mifsud Reply:

    L-ahjar attakkant li ghandhom l-Italja? Forsi kien wiehed mil-ahjar imma zgur mhux issa, tant u hekk li mhux qed jilghabu hafna u kieku kien ghal kowc lanqas biss gahdu parti mit tim.

    [Reply]

Leave a comment