Footballers Maltin li jilgħabu barra minn pajjiżna

Monday, September 3, 2012, 16:27

Hekk kif għadu kif beda ix-xahar ta’ Settembru , uħud mill-plejers Maltin li jilgħabu barra minn xtutna rritornaw fl-azzjoni mal-klabbs rispettivi tagħhom.

Andre’ Schembri daħal jilgħab fis-63 minuta fl-ewwel logħba tal-kampjonat ta’ Omonoia kontra t-tim promoss ta’ Ayia Napa , Omonoia kienu dominanti tul id-disgħin minuta u rebħu l-partita bl-iskor ta 5-0.

Etienne Barbara rritorna għal-logħob ma’ Vancouver Whitecaps wara injury li żammitu barra kważi tlett xhur , Barbara daħal jilgħab fit-87 minuta flok Russell Teibert . Vancouver Whitecaps tilfu l-partita kontra Los Angeles Galaxy bl-iskor ta’ 2-0

Andrei  Agius kien fuq il-bank tas-sostituti iżda ma ġiex utiliżżat fl-ewwel logħba tal-Lega Pro Prima Divisione B li Latina Calcio lagħbu kontra Pisa FC , Latina Calcio tilfu bl-iskor ta’ 3-1

It-tim ta’ Andrew Hogg , Enosis Neon Paralimni FC ikunu fl-azzjoni illum fl-ewwel logħba tal-liġ kontra Apoel Nicosia FC





3 Comments

  1. Jeremy says:

    udo nwoko ma saddad imkien wara li telaq minn Malta, m’ghadux ta’ nazzjonal

    [Reply]

  2. sacha says:

    hemm wiehed Gatt jilghab ma Molde gio Norvegia ghadew hal gruppi ta Europa league lahar loghba rebhu kontra Herenveen ta Olanda. u laghab 90 min

    [Reply]

  3. Mark Spiteri says:

    X’sar minnhom plejers li jilaghbu barra bhal John Hutchinson, Manny Muscat u Udo Nwoko? Tal-ewwel daqshekk fit-team nazzjonali? U qieghed isir scouting tajjeb biex naraw plejers b’dixxendenza Maltija li jilaghbu f’leagues bhall-Ingilterra u l-Awstralja fost l-ohrajn? Dawn jaghmluh pajjizi ohra. Ma narax ghalfejn Malta li ghandna popolazzjoni zghira u pool ta’ plejers limitat, mghandniex ghalfejn naghmlu dan it-tip ta’ scouting. Skozja, l-Irlanda, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq il-hin kollu jippruvaw isibu plejers Inglizi li jkollhom in-nannu jew il-buznannu b’dixxendenza tal-pajjiz rispettiv bil-ghan li jippruvaw ihajruhom jilaghbu ghalihom. U ahna??????

    [Reply]

Leave a comment