Football: Training Camp f’Malta minn Stoke City FC ma’ Valletta FC

Friday, July 7, 2017, 13:47

F’dawn l-aħħar ġranet ġie organizzat training camp minn Valletta FC flimkien ma’ coaches minn Stoke City FC Community Trust. It-training camp, li beda nhar it-Tnejn 3 ta’ Lulju u li ntemm il-Ħamis 6 tax-xahar, li sar fil-ground ta’ Zurrieq FC, kien wieħed ta’ suċċess għal diversi raġunijiet.

Apparti attendenza tajba ta’ tfal, li l-eta’ tagħhom kienet tvarja minn tlettax sa sittax-il sena, tfal li twieldu bejn l-2001 u l-2005, din tat opportunita’ lil club ta’ Valletta FC li jibda jibni kuntatt mill-qrib mal-club stabbilit fil-Premier League Ingliż, Stoke City u li jista’ jagħti ħafna opportunitajiet ġodda kemm lil players żagħżagħ Beltin kif ukoll lil coaches tagħhom bi żjajjar simili fil-futur kemm f’Malta kif ukoll fl-Ingilterra.

Dan kien l-ewwel training camp tax-xorta tiegħu f’Malta minn Stoke, li regolarment jorganizzaw dan it-tip ta’ taħriġ f’diversi pajjiżi fosthom in-Norveġja, l-Estonja, il-Finlandja, l-Istati Uniti u l-Kanada.

Dan it-training camp seħħ bl-inizzjattiva ta’ Nicholas Baldacchino, Head of Coaching and Development ta’ Valletta FC, li għamel il-kuntatti meħtieġa. Il-fergħa lokali tas-Supporters’ Club ta’ Stoke ukoll taw l-appoġġ u l-għajnuna tagħhom.

It-taħriġ tul dawn l-erbat ijiem sar mill-coaches ta’ Stoke Aaron Duce, u Simon John Bell.

Duce huwa coach żagħżugħl promettenti waqt li Bell għandu numru ta’ karigi oħra fejn huwa wkoll il-coach tal-FA tal-Armata Ingliża u anke l-coach tat-team, Leek Town li jilagħbu fin-Northern Premier League fuq bażi semi-professjonali.

L-atmosfera waqt it-taħriġ kienet waħda pożittiva ħafna fejn it-tfal, li ħafna minnhom kienu ġejjin mill-Youth Development Sector u l-Elite Academy ta’ Valletta stess, flimkien ma’ wħud minn Nurseries oħra, urew interess kbir u ħadu t-taħriġ b’serjeta’ u b’imġieba tajba li dwarha kkummentaw dawn il-coaches.

Bell qal hekk: “Kienet ġimgħa tremenda. L-ewwel darba li ġejt Malta, li hu pajjiż mill-isbaħ. L-ospitalita’ ta’ Valletta FC kienet mill-aqwa u ma kien jonqosna xejn. Atmosfera mill-aqwa. It-tfal urewna rispett u kienu ta’ livell tajjeb ħafna, ħassejna ruħna komdi u li qegħdin fost il-ħbieb. Tant laqgħuna tajjeb li nixtieq li niġu lura s-sena d-dieħla għal training camp ieħor. Aħna lesti li nkomplu ngħinu lil Valletta FC! »





Leave a comment