Football tan-Nisa: Hibernians iħallu Malta llum

Thursday, August 7, 2014, 17:59

Minn Jesmond Moore

Illum wara nofs in-nhar, iċ-champions tal-Kampjonat tan-Nisa, Hibernians, iħallu Malta f’titjira lejn Bucharest hekk kif se jirrappreżentaw lil Malta fir-round preliminari tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League.

Il-Pawlisti se jilagħbu fi Grupp 2 li se jkun fil-format ta’ mini-tournament fil-belt ta’ Cluj li se jinkludi wkoll lit-tliet timijiet ta’ ta’ NSA Sofia (Bulgarija), Raheny (Irlanda ta’ Fuq) u t-tim ospitu Olimpia Cluj.

Il-kontinġent, li se jkun immexxi mid-delegat tal-club Victor Ellul, se jkun kompost minn 26 persuna li jinkludu lill-coach Keith Gouder, it-tabiba Denise Farrugia, il-fiżjoterapista Elaine Zammit, it-team manager Tessie Agius u l-kit manager Sarah Caruana.

L-iskwadra hija:

Goalkeepers: Keoney Demicoli, Rita Tagliaferro

Difensuri: Maria Azzopardi, Mandy Debono, Claire Sciberras, Maria Claire Aquilina, Rosalie Cauchi, Sherianne Zammit, Charlene Zammit

Midfielders: Francesca Chircop, Dionne Tonna, Martina Borg, Corissa Vella, Shona Zammit, Dorianne Theuma

Attakkanti: Ruth Steer Chatham, Nicole Borg, Michela Camilleri, Ylenia Carabott, Rebecca Vella

L-ewwel logħba tat-team Malti se tkun dik ta’ nhar is-Sibt li ġej, 9 ta’ Awwissu, kontra FC NSA Sofia, biex jumejn wara jaffrontaw lil Olimpia Cluj.

L-aħħar logħba, li se tintlagħab , il-Ħamis, 14 ta’ Awwissu, se tkun kontra Raheny.

 





Leave a comment