Football: Riżultati tal-IASC League 1 (6.Feb.2017)

Monday, February 6, 2017, 22:18

IASC League 1 Results Sunday 05/02/2017

Gżira Utd        vs     Ħamrun Liberty         1-3
Msida Red Stars  vs     Floriana Ajax         0-0
Żejtun Red Stars vs     Senglea Youngsters   2-0

Ħamrun Liberty fil-Quċċata tal-Ewwel Diviżjoni tal-IASC

Ħamrun Liberty telgħu fl-ewwel post tal-klassifika fit-tmiem l-ewwel round tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-IASC. Il-Ħamruniżi għamlu dan wara li għelbu lil Gżira Utd 3-1 u Senglea Youngsters naqsu li jżommu il-quċċata meta tilfu 2-0 kontra Żejtun Red Stars. Fil-logħba l-oħra kellna draw ta’ mingħajr goals bejn Msida Red Stars u Floriana Ajax.

B’hekk illum ġie mitmum l-ewwel round tal-ewwel diviżjoni. Nhar il-Ġimgħa l’ 10 ta’ Frar jingħata bidu għat-tieni round meta issa id-diviżjonijiet jiġu maqsuma fi tlett kategoriji: Championship Pool, Relegation Pool u Promotion Pool.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-





Leave a comment