Football: Qormi FC: Stqarrija Għall-Istampa

Friday, June 23, 2017, 12:01

Il-Kumitat ta’ Qormi FC imlaqqa’ il-bieraħ fil-għaxija, jikkundanna u jiddiżassoċja ruħu minn dak li ġie ppublikat il-bieraħ f’sezzjoni ta’ l-istampa filkonfront tal-President preċedenti, is-Sur Jesmond Aquilina, bl-iskop li jħammiġlu r-reputazzjoni tiegħu meta ġew attribwiti fatti li mhumiex veritiera.

Jiddikjara wkoll li għandu fiduċja sħiħa fl-ex-President tal-Club, Jesmond Aquilina, illum vici Kaxxier, u jirringrazzjah għall-ħidma bla heda li wettaq b’risq il-Klabb bl-akbar onesta u trasparenza.

Il-Kumitat ta’ Qormi FC jawgura lil Jesmond Aquilina kull suċċess fil-ħidma tiegħu bħala Sindku ta’ Ħal-Qormi.





Leave a comment