Football: Qbil dwar Season Ticket ghall-istagun 2017/18 – Prezz tad-dhul irhas ghal min jixtri Season Ticket

Monday, July 17, 2017, 12:12

Il-ftehim bejn il-Premier Division Standing Committee (PDSC) u l-MFA dwar l-introduzzjoni tas-season ticket ghall-istagun 2017/18 hu incentiv ghall-partitarji tal-klabbs tal-Premier u tal-football Malti biex jiffrankaw il-flus mix-xiri tal-biljetti u fl-istess waqt ikunu qed jghinu lill-klabbs.

Kien fuq dan il-princpju li l-ftehim jahseb biex is-season ticket jibda jinbiegh minn kmieni u jkunu l-klabbs innfushom li jiddeciedu l-prezz tieghu. Kull klabb hu fil-liberta li jiddeciedi l-valur tas-season ticket skont kif ihoss hu, dan wara li jinqatghu l-ispejjez tal-loghob.

Is-season ticket se jkun trasferibbli ghal-loghbiet tal-istess klabb u se jinbiegh mill-klabbs qabel jibda l-istagun. Fil-granet li gejjin il-klabbs se jinformaw lill-partitarji dwar il-bejgh tas-season ticket.

Bl-iskop li jkun incentivat il-bejgh ta dan is-season ticket, il-prezz tal-biljett ghal min imur jara loghba wahda minghajr season ticket se jizdied b’Eur 1. Zieda li ghandha biss l-iskop li thajjar aktar l-partitarji jaghzlu li jixtru s-season tickets. Il-prezzijiet tal-biljetti tat-tfal u anzjani se jibqghu l-istess.

L-introduzzjoni tas-season ticket mill-istagun 2017/18 se tkun qed tigi zviluppata skont is-success li tikseb fl-ewwel stagun taghha. Il-PDSC jilqa l-fatt li l-MFA flimkien mal-clubs bi hsiebom jizviluppaw l-kuncett skont is-success miksub fl-stagun li gej.

Il-PDSC jheggeg lill-partitarji biex filwaqt li jibbenefikaw minn dan l-incentiv , jixtru s-season tickets biex jghinu lill-klabbs rispettivi taghhom.

 





Leave a comment