Football: President’s Cup 2015

Tuesday, January 12, 2016, 19:23

Gavin Muscat

Futbol f’Għawdex: Gozo Stadium

The President’s Cup sponsored by Coca-Cola

27 ta’ Diċembru 2015

Xewkija Tigers          :           0

Hibernians                 :           7

Hibernians rebħu l-ewwel edizzjoni tal-‘President’s Cup sponsored by Coca-Cola’ b’rebħa kbira ta’ sebgħa b’xejn kontra Xewkija Tigers.  Dan l-avveniment, li mistenni li jinżamm kull sena fil-Gozo Stadium, huwa logħba ta’ esibizzjoni bejn iċ-champions tal-kampjonat Għawdxi kontra iċ-champions tal-Premier u d-dħul kollu jmorru għal Malta Community Chest Fund.  Għal din l-okkazjoni kien hemm folla sodisfaċenti u kemm il-pubbliku Għawdxi kif ukoll il-partitarji ta’ Hibernians ħolqu atmosfera sabiħa.

Il-logħba kif kien mistenni kienet dominata minn Hibernians minkejja li huma ma’ kellhomx plejers barranin ħlief għal Jackson Lima.  Huma ħasdu lil Xewkija fl-ewwel minuti b’gowls ta’ Joseph Mbong fil-ħames minuta u Clayton Failla fit-tmin minuta.  Xewkija ppruvaw jwettqu reazjoni l-aktar permezz ta’ inizjativi ta’ Daniel Bogdanovic iżda qabel tmiem l-ewwel taqsima Hibernians skurjaw żewġ gowls oħra permezz ta’ Andre’ Agius fit-tnejn u għoxrin minuta u Jurgen Degabriele fit-tminja u għoxrin minuta.  Jurgen Degabriele kabbar il-vantaġġ għal Hibernians b’gowl li wasal fit-tielet minuta tat-tieni taqsima.  Għal xi ħin matul it-tieni taqsima Xewkija bdew joħolqu xi okkazjonijiet fejn setgħu anke skurjaw gowl ta’ konsolazzjoni, iżda Hibernians baqgħu jamministraw minkejja li wettqu diversi sostituzjonijiet fit-tieni taqsima.  Hibernians issiġillaw ir-rebħa b’żewġ gowls ta’ Joseph Mbong fis-sebgħin minuta u fid-disgħa u tmenin minuta biex l-attakant żagħżugħ għaqqad hat-trick personali.

Fi tmiem il-partita l-president tal-Gozo Football Association ipprenżenta t-trofew lil Andrew Cohen captain ta’ Hibernians.

Referee: Esther Azzopardi

 





Leave a comment