Football: Plejers u timijiet ippremjati waqt il-lejla tal-preżentazzjoni mill-MAFA

Monday, June 12, 2017, 11:06

Ftit tal-ġranet ilu ġewwa stabbiliment fl-Imġarr saret il-preżentazzjoni annwali tat-trofej mirbuħa mit-timijiet affiljati mal-MAFA.

Kienu ħamsa l-kompetizzjonijiet organizzati minn din l-assoċjazzjoni matul dan l-istaġun illi ntemm.

Valletta St Pauls rebħu żewġ unuri hekk kif ħadu l-Joe Compagno Cup u l-Christmas Cup.

Il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ntrebaħ minn Marsa St Michael wara nuqqas ta’ 22 sena filwaqt illi l-kompetizzjoni Knock-Out ntrebħet minn Senglea Gunners illi fil-finali rebħu proprju liċ-Champions Marsin.

Min-naħa l-oħra Fleur de Lys CFK kellhom suċċess fil-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni.

Denis di Maio, li jilgħab ma’ Valletta St Pauls, rebaħ it-tazza tal-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni filwaqt illi Mark Muscat ta’ Valletta Stars skorja l-aktar gowls fit-Tieni Diviżjoni.

Il-Fair Play Trophy intrebaħ minn Senglea Gunners.

Tqassmu wkoll trofej u mementos għall-aqwa plejers ta’ kull kategorija kif ukoll għal dawk illi rebħu l-plejer tax-xahar.

Dan l-istaġun kien wieħed ta’ suċċess għal Malta Amateur Football Association fejn apparti l-logħob ferm bilanċjat u eċitanti illi kien hemm, spikkat fost l-oħrajn is-sens ta’ ħbiberija bejn id-disa’ timijiet parteċipanti.

Matul l-istaġun illi ġej 2017/2018, tliet timijiet ġodda ser ikunu qegħdin jagħmlu parti mill-MAFA hekk kif issa ser ikun hemm tnax-il tim maqsumin f’żewġ diviżjonijiet.





Leave a comment