Football: GFA Awards

Monday, May 22, 2017, 10:01

Steve Sultana Plejer tas-sena tal-GFA

L-istaġun tal-futbol Għawdxi elfejn u sittax, elfejn u sbatax intemm bis-serata annwali li matulha l-Gozo Football Association ippremjat diversi plejers u diriġenti li spikkaw fil-kompetizzjonijiet.

Matul din is-serata, li kienet ippreżentata minn Chaterine Micallef u Simon Farrugia, ingħataw wieħed u għoxrin premju li jinkludu l-aħjar plejers fis-settur tal-futbol tan-nisa, is-settur tal-Youths, l-kompetizzjonijiet tat-tieni diviżjoni u l-aqwa skorers ta’ kull kategorija.

L-Assoċjazzjoni tal-fubol f’Għawdex ippreżentat tlett premijiet speċjali. SK Victoria Wanderers ingħataw rikonoximent tas-suċċess li kisbu fl-edizzjoni ta’ dan l-istaġun fl-FA Trophy tal-MFA peress li saru l-ewwel klub mill-kampjonati Għawdxin li wasal sas-semi-finali tat-tieni l-aktar kompetizzjoni mportanti tal-futbol Malti, u il-plejer veteran Brian Meilak, li dan l-istaġun lagħab ma’ Qala Saints, ingħata premju speċjali talli qabeż is-sitt mitt logħba kompetitiva matul il-karriera tiegħu u sar wieħed mill-aktar plejers f’Malta li lagħab logħob f’kompetizzjonijiet lokali. Ġie ippremjat ukoll il-kowċ Mark Buttigieg li sar l-ewwel kowċ Għawdxi li kiseb il-kwalifika bħala kowċ professjonali magħrufa bħala l-liċenzja Pro. It-Teżorier tal-Gozo Football Association ġie ppremjat ukoll bħala l-uffiċjal tas-sena tal-Assoċjazzjoni.

L-unuri l-aktar mistennija matul din is-serata, li kienu magħżula wara vottazzjoni mill-ġurnalisti, kowċes u kaptins, kienu Thiago Melo Dos Santos ta’ Xewkija bħala l-aħjar plejer barrani, il-kowċ ta’ Oratory Youths Mario Bonello intagħżel bħala l-aħjar kowċ u l-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Għajnsielem Stefan Cassar rebaħ l-unur bħala l-aktar plejer prometenti. L-unur tal-plejer tas-sena ta’ GFA intrebaħ mill-gowlkeeper ta’ Xewkija Tigers Steve Sultana li wara li rebaħ il-kampjonat Għawdxi għal ewwel darba fil-karriera tiegħu dan l-istaġun, rebaħ ukoll l-unur tal-aħjar plejer Għawdxi tal-MFA Awards u riċentament issejjaħ mill-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin sabiex jifforma parti mill-iskwadra proviżorja għal impenji li t-tim nazzjonali għandu matul Ġunju.

Lista tal-unuri

1. Gozo FC Girls Under 17 Player of the Year Maria Farrugia – Gozo FC

2. Gozo FC Women Player of the Year Melania Bajada – Gozo FC

3. Gozo Under 15 Player of the Year Gianluca Muscat – Xaghra United FC

4. GYFA Under 15 League Top Scorer: 19 Goals Karl Formosa – St. Laurence FC

5. GYFA Under 15 Player of the Year Daniel Cassar – Kercem Ajax FC

6. GYFA Under 18 League Top Scorer: 31 Goals Thomas Vella – Xewkija Tigers FC

7. GYFA Under 18 Player of the Year Daniel Azzopardi – Oratory Youths FC

8. GYFA Coach of the Year Joe Portelli – Nadur Youngsters FC

9. GFL 2nd Div. League Top Scorer: 24 Goals Telessi Senussi – St. Lawrence Spurs FC

10. GFL 2nd Div. Foreign Player of the Year Telessi Senussi – St. Lawrence Spurs FC

11. GFL 2nd Div. Player of the Year Jordi Parnis – Munxar Falcons FC

12. Team Achievement SK Victoria Wanderers

13. Player Achievement Brian Meilak

14. Coach Achievement Mark Buttigieg

15. GFA Good Conduct Cup St. Lawrence Spurs

16. GFA Official of the Year George Cini

17. GFL 1st Div. League Top Scorers: 14 Goals Thiago Melo – Xewkija Tigers FC

14 Goals Henrique Maciel – Victoria Hotspurs FC

18. GFL 1st Div. Foreign Player of the Year Thiago Melo – Xewkija Tigers FC

19. GFA Coach of the Year Mario Bonello – Oratory Youths FC

20. GFA Promising Player of the Year Stefan Cassar – Ghajnsielem FC

21. GFA Player of the Year Steve Sultana – Xewkija Tigers FC





Leave a comment