Football: BOV Plejer tax-Xahar – Novembru 2015

Wednesday, December 23, 2015, 0:01

Note:This article has been posted in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Andrew Cohen jerġa’ fiċ-ċentru tal-attenzjoni

Andrew Cohen tal-Hibernians seraq l-attenzjoni għal darb’oħra fil-BOV Premier League matul ix-xahar ta’ Novembru u ngħata l-premju għat-tieni darba f’dan l-istaġun tal-BOV Plejer tax-Xahar, u t-tielet wieħed għalih f’din is-sena kalendarja.

Cohen kien spiss il-plejer li mexxa lit-tim tiegħu tal-Hibernians, u kellu sehem fil-gowls kollha tat-tim tiegħu li wasslu għar-rebħa ta’ 3-2 fuq Balzan fl-ewwel wirja tagħhom tal-istaġun b’Cohen jiġi nnominat bit-titolu ta’ Plejer tal-Logħba. Dawn it-tliet punti wassluhom biex jaqsmu l-quċċata tal-klassifika ma’ Valletta fil-BOV Premier League.

Dan huwa s-sitt premju għal Cohen bħala BOV Plejer tax-Xahar minn kemm ilu jingħata mill-Bank of Valletta, biex b’hekk huwa l-iżjed plejer li ngħata dan il-ġieh flimkien ma’ Denni Rocha dos Santos.

Marica Ellul, il-Maniġer tal-Fergħa ta’ Raħal Ġdid tal-Bank of Valletta ppreżentat it-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru 2015 lil Cohen li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.
—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

BOV Player of the Month – November 2015

Andrew Cohen again in the spotlight

Hibernians’ Andrew Cohen stole the limelight again in the BOV Premier League during the month of November and was awarded with his second BOV Player of the Month award of the season, and the third for this calendar year.

So often the leading man for Hibernians, Cohen had a hand in all of his team’s goals that enabled them to secure a 3-2 victory over Balzan in their first outing of the season earning the Man of the Match title. The three points enabled them to go joint top with Valletta in the BOV Premier League.

This is Cohen’s sixth BOV Player of the Month award under Bank of Valletta’s tenure, making him the most decorated player alongside Denni Rocha dos Santos.

Marica Ellul, Manager of Bank of Valletta’s Paola Branch presented the BOV Player of the Month trophy for November 2015 to Cohen who chose Puttinu Cares to benefit from the donation associated with this award.

Marica Ellul(left) and Andrew Cohen(right)





Leave a comment