Football: BOV Plejer tax-Xahar – Jannar 2016

Sunday, February 21, 2016, 14:36

Note:This article has been published in both English and Maltese

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Alan da Silva Souza ta’ Balzan FC huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2016.

Il-midfielder Brażiljan ħalla impatt immedjat fuq il-BOV Premier League wara li ffirma ma’ Balzan fil-bidu ta’ Jannar, dan hekk kif skorja wieħed mill-gowls fir-rebħa ta’ 4-1 ta’ Balzan fuq Mosta fl-ewwel logħba tiegħu. Da Silva Souza qabeż żewġ difensuri ta’ Mosta qabel ma xxuttja fil-baxx u skorja.

B’erba’ rebħiet minn erba’ logħbiet matul Jannar, Balzan reġgħu jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat billi qed joħolqu pressjoni fuq it-timijiet ta’ fuq fil-klassifika.

Da Silva Souza, li għen lil Valletta jirbħu t-22 titlu tagħhom żewġ staġuni ilu, kompla bix-xejra pożittiva tiegħu, meta skorja gowl f’kull logħba kontra St. Andrews u Qormi, b’dan tal-aħħar ikun minn penalty.

Bernard Azzopardi, il-Maniġer tal-Fergħa ta’ Birkirkara tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2016 lil Alan da Silva Souza. Il-plejer għażel lil Hospice Malta biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

———————————————————————————————————————————————————-

English

BOV Player of the Month – January 2016

Balzan FC’s Alan da Silva Souza is the BOV Player of the Month for January 2016.

The Brazilian midfielder made an immediate impact in the BOV Premier League having been signed by Balzan in the beginning of January by scoring a goal in Balzan’s 4-1 victory over Mosta in his first match. Da Silva Souza turned past two defenders before hitting a low shot into the back of the net.

With four victories in as many matches during January, Balzan have put their championship challenge back on track by keeping the pressure on the top teams

Da Silva Souza, who helped Valletta to their 22nd title two seasons ago, continued on his positive streak, scoring a goal each against St Andrews’s and Qormi, the latter from a penalty.

Bernard Azzopardi, Manager of Bank of Valletta’s Birkirkara Branch presented the BOV Player of the Month trophy for January 2016 to Alan da Silva Souza. The player chose Hospice Malta to benefit from the donation associated with this award.

Alan daSilva Souza

Alan Da Silva Souza





Leave a comment