Fontanella jirbaħ it-tieni unur għal Valletta għal dan l-istaġun

Thursday, November 8, 2018, 12:02

Mario Fontanella ta’ Valletta FC huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru 2018.

L-attakkant Taljan, li ngħaqad ma’ Valletta mill-klabb ġar ta’ Floriana matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf li għadda, tela’ bis-saħħa fil-quċċata tal-lista tal-iskorers fil-Kampjonat Premier b’10 gowls, u 5 minnhom jiġu skorjati fit-tliet rebħiet kbar ta’ Valletta kontra Balzan, Pietà u Mosta matul ix-xahar ta’ Ottubru.

It-tieni gowl tiegħu kontra Balzan, xutt angolat fuq tqassima ta’ Kaljevic li ħabat ma’ sieq il-lasta l-wieqfa qabel daħal fix-xibka biex għeleb lil Sultana, wasslu biex ġie vvutat bħala l-‘Plejer tal-Partita’.

Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-unur lil Fontanella li għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment