Riżultati ta’din il-ġimgħa (FMA Futsal Festival 2)

Sunday, November 27, 2016, 18:59

 

Gavin Muscat

Matul din il-ġimgħa, saru tliet logħbiet oħra minn dan il-festival, tnejn fil-Padiljun Nazzjonali tal-Basketball f’Ta’ Qali, u logħba oħra fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke

Nagħtu ħarsa lejn dak li ġara f’Ta’ Qali:

Pietà………11

M’Xlokk……4

Line-ups:

Pietà – J.Farrugia, J.Carbone, L.Galea, R.Caruana, L.Iaccarino, I.Farrugia, D.Formston, J.Scerri, M.De Marco

M’Xlokk – I.Azzopardi, B.Mifsud, M.Mifsud, J.Ciantar, K.Dimech, R.Grech, K.D’Amato, J.Casha, T.Vassallo Mintoff

Logħba li għalkemm l-iskor finali jidher kbir, ta’ min isemmi li fil-bidu x-Xlukkajri kienu darbtejn minn fuq, pero mal-ħin, tal-Pietà, ħadu r-riedni tal-logħba f’idejhom, u rebħu bid-distakk ta’ 7 gowls. Infatti, rnexxilna nieħdu l-kummenti tal-kowċ ta’ Pietà, Clint Cope, dwar din il-logħba, u qalilna li t-tim ta’ M’Xlokk hu fiżikament b’saħħtu, tant li ma kinitx sorpriża li fil-bidu t-tim tiegħu kien minn taħt, pero jemmen li mal-ħin, Pietà kienu kapaċi jieħdu l-logħba f’idejhom u jirbħuha, grazzi għat-teknika tagħhom li kienet superjuri wisq għall-avversarji. Ma’ Cope tkellimna wkoll fuq l-aspirazzjonijiet tat-tim tieghu, Pietà, f’dan l-FMA Junior Festival, fejn bla tlaqliq qalilna li hu jixtieq li bħala Pietà, jibqgħu maqgħudin, jieħdu gost jilagħbu l-Futsal, l-iktar ħaġa importanti, u anke li jirbħu

————————————————————————————————————————————————————-

Mosta……8

Balzan…..3

Line-ups:

Mosta – S.Vella, M.Cutajar, D.Cull, R.Caruana, S.Degabriele, J.Lee, A.Pisani, D.Vella, M.Ebejer, N.Muscat, R.Pace, M.Ayres

Balzan – K.Calleja, N.Baldacchino, M.Buttieg, L.Azzopardi, C.Borg, J.Guort, R.Demicoli, M.Tagliaferro, G.D.Farrugia, L.Zammit, M.Buttieg

————————————————————————————————————————————————————-

Ħarsa lejn il-logħba li ntlagħbet f’Pembroke:

Luxol………………………7

Malta Futsal School….7

Line-ups:

Luxol – K.Arpa, A.Borg, M.Ellul, M.Gatt, J.Parnis, G.Pellegrini, J.Vella, S.Villa, M.Grima, T.Petchenkine, J.Butters, V.Stanisavljevic, A.Formosa

Malta Futsal School – L.Sciberras, N.Zammit, G.Gatt, M.Bartolo, J.Bonello, I.Muscat

F’kummenti oħra li rnexxilna nieħdu mingħand wieħed mill-koordinaturi tal-FMA Junior Festival, Stephen Mifsud, hu qalilna li s’issa l-logħob f’dan il-festival qed ikunu jaħarqu u jidher biċ-ċar, li t-tfal u l-kowċis tagħhom qed jieħdu dan il-festival b’serjeta u interess kbir, li hija ħaġa pożittiva ferm.

————————————————————————————————————————————————————-

Żebbuġ…………………….3

Malta Futsal School………2

Line-ups:

Żebbuġ- Y.Galea, Y.Agius Camilleri, G.Quadrella, A.Fenech, C.Axisa, A.Buckle, C.Vella, D.Saliba, N.Fenech, N.Cauchi, N.Zammit, J.Vella, J.Psaila

Malta Futsal School- G.Farrugia, N.Muscat, S.Azzopardi, L.Sciberras, R.Ellul, M.Bartolo, I.Psaila, M.Farrugia

————————————————————————————————————————————————————-

Wara li tajna ħarsa lejn din il-logħba, logħba li kif tistaw taraw, offritilna ftit gowls, issa se naqilbu x-xena u se mmorru għall-partita l-oħra li kellna mill-FMA Junior Festival, Balzan-Sliema, logħba li pproduċiet 11-il gowl-

Balzan……9

Sliema……2

Line-ups:

Balzan- K.Calleja, C.Borg, J.Gauci, D.Sujako, A.Newell, J.Vella, D.Mizzi, Z.Bartolo, L.Azzopardi, K.Attard, A.Mallia, A.Gatt

Sliema- M.Al Makud, G.Agius, A.Cumon, O.Mimuhud, G.Buttigieg, L.Magro Attard, J.Nickholl, A.Flallughi, B.Tuborah, S.Cuschieri

————————————————————————————————————————————————————-

Din il-ġimgħa ħadna xi kummenti, mingħand koordinatur ieħor tal-FMA Junior Festival, Xavier Saliba. Infatti, tlabnih itina xi ftit kummenti inġenerali, x’dehrlu s’issa minn dan l-FMA Junior Festival, meta diġa għaddiet ir-raba ġurnata minnu. Qalilna li dan il-festival hu inizjattiva sabiħa ħafna, u qed jiswa, u ħa jiswa ferm lil dawk li qed jipparteċipaw, pero jixtieq jara iktar interess mill-klabbs rispettivi parteċipanti, fir-regoli tal-logħba. B’dan in-nuqqas t’interess mill-klabbs infushom, qed iwassal li sfortunatament il-klabbs mhux qed ikunu ddixiplinati u ppreparati sew għal-logħob rispettiv, u jkollok toqgħod tispjegalhom ir-regolamenti tal-futsal. Dan jaf jaffetwa ħażin lit-tfal parteċipanti, filwaqt li nittamaw u nappellaw li jkun hemm l-impenn neċessarju mill-klabbs kollha li qed jieħdu sehem f’dan l-FMA Junior Festival, ħalli jkun hemm iktar professjonalita’.

Dawn huma l-logħbiet li jmiss nhar it-Tlieta 29 ta’ Novembru 2016 u li jintlagħbu fil-padiljun tal-basketball, f’Ta’ Qali:

Pieta vs Mosta

Sliema vs Marsaxlokk

 





Leave a comment